Manuel Cuschieri jiftaħ il-kanuni fuq Joseph Portelli: jitlob investigazzjoni indipendenti fuqu

Bħalissa għaddejjin attakki fuq l-impreditur Għawdxi Joseph Portelli minn esponenti Laburisti. Numru ta’ esponenti Laburisti, inkluż Jason Micallef u Manuel Cuschieri qed jagħmlu ħafna mistoqsijiet dwar l-operat ta’ Portelli. Manuel Cuschieri saħansitra talab investigazzjoni indipendenti dwaru. Dan hu dak li kiteb Manuel Cuschieri fuq Joseph Portelli, b’mod partikolari issa li l-awtorita’ tal-ippjanar ħareġ premess biex jibni pool fuq binja li qed jibni f’Għawdex.

Qed nitlob pubblikament li ssir investigazzjoni indipendenti...

Biex jiġi stabbilit kif illum ġie approvat permess lil JOSEPH PORTELLI mill-Awtorita’ tal-Ippjanar f’ GĦAWDEX…

Irid ikun stabbilit bl-akbar trasparenza kif ħareġ dan il-permess…

– Irid ikun stabbilit jekk il-liġi u r-regolamenti ġewx osservati jew miksura…

B’riżultat ta’ dak li jirriżulta… jridu jittieħdu l-passi neċessarji biex dak li ma sarx sew, jiġi rimedjat…

– Mhux biss…

– Iridu jittieħdu passi u jintalbu r-riżenji ta’ dawk kollha responsabbli… jekk jirriżulta li nkisret il-liġi u r-regolamenti…

– Mhu se nippermettu lil ħadd jimbarazza lill-PARTIT tagħna… Il-PARTIT LABURISTA fil-Gvern… b’ dik li kulħadd qed jiddeskrivi bħala oxxenita’ kbira mill-AWTORITA’ TAL-IPPJANAR…

– Fil-pajjiż irid isir dak li hu sew… u mhux dak li mingħalihom se jimponu n-nies li jaħsbu li bil-flus se jagħmlu li jridu…

– Jien lest li nieħu l-inizjattivi kollha li hemm bżonn… biex dan kollu jieqaf b’ mod immedjat…

– Nitlob ukoll lill-PN biex jingħaqad ma’ nies bħali… u jitlob dak li qed nitolbu aħna dwar il-permess li ħareġ llum llil JOSEPH PORTELLI…

– Għandhom forza tal-PN jitkellmu dwar JOSEPH PORTELLI?…

– Nistennew u naraw...

Sadanittant jien qed nistenna li tibda l-investigazzjoni indipendenti!…

Dan nippretendih bi dritt… u mhux se nieqaf nitkellem qabel isir dak li hu sew.

– Emanuel Cuschieri

10 thoughts on “Manuel Cuschieri jiftaħ il-kanuni fuq Joseph Portelli: jitlob investigazzjoni indipendenti fuqu

  1. Prosit, ekk ghandhom isiru l’affarijiet go Dan il pajjiz, hu min hu fil Gvern, jekk mahnix ser nigbdu habel wiehed il pajjiz ikun intrema goll mizbla. Inutli noqodux inpecilqu, azzjoni imedjata trid tittihed minnufih. Min zbalja irid jiehu dak li haqqu. Meta nighdu jiehu dak li haqqu jfisser, li jitkecca minnufih u jitlef il pensjoni.

  2. Kien hemm drabi li ma qbiltx ma Manuel Cuschieri. Imma fuq din ninzallu l- kapell. Ghamel sew talab ghall investigazzjoni fuq Joseph Portelli li qed jeqred Ghawdex. Izda ma nafx kemm Manuel Cuschieri se jsib appogg mill-PN. Bernard Grech iltaqa ma Joseph Portelli fl-ufficcju tieghu fid-Dar Centrali. Ma niskantax jekk iltaqax mieghu ukoll waqt xi ikla. Ghandi suspett li Joseph Portelli gieli tah xi ftit ” karti” lil Bernard Grech. Bla ircevuta ovvjament.

  3. Prosit Manuel. Jenny dejjem invitation Labour hlief l ahhar elezzjoni. Propju minhabba l hmieg li issa beda jdejjaq lilek ukoll.

  4. Kelma wahda tispikka minn certu kummenti , IL kelma korruzzjoni . Niddubita kemm Tal inqas jafu xi tfisser alemu d definizzjoni Tal kelma Biss waheda. Ghax hekk bellghulhom l elites tant Hu hekk li fi zmienhom kienet l ordni Tal gurnata .
    Apparti Dan kollu ,nirringrazzja pubblikament lil Emanuel Cuschieri Tal inizjattiva w l pozizzjoni li ha li Anke jien bhala cittadin bi dritt fundamentali wkoll nixtieq inkun naf min hareg permess oxxen , hekk inkisrux IL parametri legali , ligijiet biex Dan l individwu inhargulu l permessi . Kif inhargulu ?! Fuq liema parametri ?! Naqbel ukoll li mhux min zbalja ghandu jirrizenja imma wkoll ihallas Id Danni . B rizenja Biss m ahna SE naghmlu xejn . Hadd mhu l fuq mill ligijiet hlief alla stess pero m hawn ebda bniedem mortali fid dinja l fuq mill ligijiet .
    Irrid Nara l awtoritajiet issa jiehdu f idejhom din is sitwaZzjoni w min Hu hati jhallas sal anqas centezmu bhall kullhadd .
    Grazzi Manwel Cuschieri

  5. Mur gib lin- Nutar Gorg Borg Olivier u l- Perit Dom Mintoff hajjin.Jghidu ‘ din Malta li konna niggieldu mal- Inglizi ghaliha?’

  6. Jien kullhadd jaf li jien Laburist tal-azzar, nghid il-verita il-Manwel Cuschieri ma’ tantx naqbel mieghu, izda fuq din id-dikjarazzjoni li ghamel il-Lum qed niehu gost, ghax ghandu ragun biex ibiegh. Jien ma’ naghtix tort il-Portelli, izda naghti tort l-Awtoritajiet li ghas-Sinjur ma’ hemmx Kontroll. U jekk imqar jikser il-Ligi iz-zghir jigi imharrek u jehel multa. Mela f’gieh is-sewwa ejjew naqbdu il-barri minn qrunu u nibdew nwaqqfu is-sangwesugi minn fuq bicca blata?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *