F’note verbal, il-magistrata tgħid li l-avukati Janice Chetcuti u Melhino Mercieca kienu qed jitbewsu fl-awla waqt seduta tagħha u titlob lill-Kamra tal-Avukati biex tinvestiga

Il-Maġistrata Yana Micallef Stafrace ordnat li tkun notifikata l-Kamra tal-Avukati dwar l-imġieba xejn tajba tal-avukati Janice Chetcuti u Melhino Mercieca meta dawn dehru jitbewsu fl-awla tagħha waqt seduta. L-avukata Chetcuti kienet dak il-ħin fl-awla biex tassisti klijent tagħha f’kawża li l-pulizija, immexxija mill-Ispettur Charlotte Curmi, kienet qegħda tagħmel kontra l-klijent ta’ Chetcuti.

Persuna li kienet fl-awla qalet lil dan is-sit li l-Maġistrata deħret irrabbjat ħafna u ddeplorat bil-kbir din l-imgieba. Il-maġistrata ħasset li din l-imgieba hi ta’ disrispett kbir lejha u lejn il-qorti. B’hekk ordnat li tkun notifikata l-kamra tal-avukati għal kull provediment li l-istess kamra jidhrilha opportun.

Min-naħa l-oħra, il-kawża li għaliha kienu qed jidhru l-avukata Chetcuti u l-ispettur Charlotte Curmi ġiet differita għat-28 ta’ Novembru, 2022 fl-10.20am.

Dan l-aġir qanqal diskussjoni kbira fost id-deputati tal-Partit Nazzjonalista u anki fl-istess Partit Nazzjonalista minħabba li Janice Chetcuti hija deputat tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Malti u bħalissa qed tkun imbuttata ħafna fil-Partit Nazzjonalista biex issir il-viċi-kap tal-istess partit.

Min-naħa tagħha, Janice Chetcuti ikkuntattjat lil dan is-sit u tat il-verżjoni tagħha tal-istorja li qed tkun ippubblikata f’artiklu separat.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *