Id-deputat Nazzjonalista Alex Borg jgħid li Planning Authority hija bla sinsla u mhux kredibbli
Dan hu l-kumment li għamel id-deputat Nazzjonalista fuq il-Planning Authority.
Planning Authority bla sinsla li tilfet kull kredibilita’!
Qażżiżtuna! Qallajtuna! Lil Għawdex qed tistmawh ta’ miżbla. Intom kollha li qegħdin fil-Bord għad uliedkom u ulied uliedkom jistmerrukom b’dan kollu li qed tagħmlu u iva intom u ħadd aktar messu wiċċkom jistħi!
Le, jien ma nwaħħalx fil-kuntratturi. Ma nwaħħalx f’min lest li jinvesti, għax nifhem sa ċertu punt li kulħadd jipprova jieħu l-massimu ta’ dak li jkollu għax wara kollox dan għalhekk jissejjaħ investiment.
Għiduli min għandu xi biċċa art u ma jippruvax jieħu l-massimu tagħha anke jekk jaf li dan m’għandhux ikun.
Imma taħt dan il-Gvern kollox possibli bil-Planning Authority mixtrija minn fuq s’isfel.
Dan il-pajjiż jew nejja jew misjura. Mela filli fi żmien Gvern Nazzjonalista biex tiftaħ tieqa trid tistenna xi miraklu u iva b’responsabilità ngħid li kien ħażin, u issa taħt Gvern Laburista tista’ tagħmel dak kollu li trid u kif trid għax Planning Authority dgħajfa ma’ min trid imma soda mal-batut.
Tibqgħux tistmawna ta’ żibel!!
min jikkritika kontra xi haga li tinholoq biex isir xi progress u jinholoqu l-impjirgi dan juri kemm hu medjatriku meta jghejd kliem kif tkellem l’Onor Alex Borg PN li f-waqt jghejd li jaqbel meta ikollok xi proprjeta u tigi uzata u fli-stess waqt tigi ikkritika li tigi zviluppata din hi kontradizzjoni li ms titwemminx u turi immaturita kontra l-progress tax-zmien li tkun qed tghejx fih
Iz-zmien juri li inbidel u jekk ma tinbidilx mieghu int tkun medjokritu u huta barra mill ilma li tghejx fih