Kulħadd għandu dritt isawwar l-opinjoni dwar Maria Efimova

Minn osservatur politiku

Li kieku Joe Giglio spara kanun ma kienx jagħmel ħoss daqs kemm għamel bl-intervista tiegħu fuq ir-radio s-Sibt li għadda. Huwa esprima dubji serji fuq dak li kellha xi tgħid Maria Efimova. Huwa saħaq li wasal għal dik l-opinjoni għax ra b’għajnejh kopji ta’ komunikazzjoni u affarijiet oħra. Min aħna biex niġġudikaw lil Dr Giglio li wasal għal dik il-konklużjoni?

Imma ħarġu il-perċimess tas-saltna tad-dritt u qalulna li hija rresponsabilita’ kbira li xi ħadd inaqqas mill-kredibilita’ tal-whistleblower tal-Egrant. Mela issa spiċċajna li meta xi ħadd jibni opinjoni fuq xi ħadd ieħor, ikun irresponsabbli għax jesprimi dik l-opinjoni li ma taqbilx ma dawk li jgħajtu bis-saltna tad-dritt.

Ħadd ma għandu jazzarda jesprimi opinjoni differenti mill-opinjoni tagħhom għaliex inkellha jpoġġi lilu nnifsu bħala l-persuna li hu għadu tal-poplu u fuq kollox, min jagħmel hekk ikun irresponsabbli għaliex ikun qed jinsulta l-memorja tal-ġurnalista kuraġġuża Daphne Caruana Galizia.

Dawn l-affarijiet ma jitwemmnux. Mela issa, meta xi ħadd jitkellem fuq Efimova u jesprimi l-opinjoni tiegħu u din tkun kontra dak li stqarret Efimova jkun ifisser li wieħed qed jinsulenta lil Daphne Caruana Galizia! Din hija dikjarazzjoni li ma titwemminx. Dan ifisser li l-maġistrat u llum Imħallef Aaron bugeja nsulenta l-memorja ta’ Daphne Caruana Galiizia għaliex hu ma emminx lil Efimova.

Mela illum l-opinjoni fuq Efimova saret opinjoni divina dan għaliex Efimova kienet marret għand Daphne Cauana Galizia u dak li qalitilha bil-fors huwa l-verita’ u xejn iżjed ħlief il-verita’. Huwa minnu li Daphne Caruana Galizia emmnita imma ħadd ma jista’ jkun ċert li dak li ntqal kien il-verita’. Nistgħu niddikjaraw li Daphne Caruana Galizia emmnet il-verżjoni ta’ Efimova u kitbet fuq dik l-informazzjoni imma ma jista jiġi ħadd u jiddikjara li kull ma qalet Efimova kien vanġelu u għalhekk ħadd ma jista jibni opinjoni differenti minn dak li qalet Efimova.

Fil-kumment li għamel Karol Aquilina fuq dan il-każ qal li hu u l-attivisti ilhom jiġġieldu għall-verita’ dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u għandu raġun. Imma l-istess qed jagħmel ħaddieħor li qed jitkellem. Anki ħadd ieħor qed jiġġieled għall-verita’ fuq dan il-każ.

Dan is-sit ilu jikkummenta u dak li qal kollu ħiereġ li hu minnu inkluż li hemm persuni oħra involuti f’dan id-delitt. Infakkar li kien l-istess Kummissarju Gafa’ li qal li l-każ magħluq u ma hemmx aktar persuni marbuta ma’ dan il-qtil ħlief Yorgen Fenech. Issa ħareġ li l-istess pulizija qed tammenti li hemm persuni oħra marbuta ma’ dan il-qtil.

B’hekk in-nies tar-Repubblika jrid jieqfu jipprovaw jbellgħalulna dak li jaħsbu huma biss hu tajjeb. Kulħadd għandu dritt għall-opinjoni tiegħu u jkolli ngħid li dak li qed jaħsbu tar-Repubblika f’dan il-każ hu addirittura żbaljat.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *