Mark Anthony Sammut ikompli juri interess fil-post ta’ viċi-kap: David Agius qed jipprova imma għal xejn

Dan is-sit kien l-ewwel li żvela l-interessi ta’ Mark Anthony Sammut fil-pożizzjoni ta’ viċi-kap tal-Partit Nazzjonalista. Mhux talli din ma ġietx mitqiesha fake news talli kien hemm numru ta’ news outlets li bdew jaħdmu u jsewġu din l-istorja. Dak li dan is-sit jista’ jiżvela, li Mark Anthony Sammut għadu interessat f’din il-pożizzjoni.

Min-naħa l-oħra, persuna oħra interessata f’din il-pożizzjoni hija David Agius. Hu fatt magħruf li qatt ma ġew miċħuda, li numru ta’ persuni bdew jissemmgħu għall-pożizzjoni ta’ viċi-kap, imma David Agius qatt ma kien f’din il-lista. Dan qed jagħmel minn kollox biex jibqa’ viċi-kap. Imma f’għajnejn ħafna nies, inkluż fost sħabu d-deputati qed juri li hu politiku bla sinsla. David Agius qed jieħu kull okkażżjoni biex imur fl-attivitajiet ta’ Bernard Grech.

David Agius dejjem jargumenta li mexa wara kull kull kap. Biss min jaf l-affarijiet sew, jaf li dan mhux il-każ. Fil-magħluq, David Agius kien jitkellem ħafna kontra Bernard Grech u anki Bernard Grech kontra tiegħu.

Imma jidher li issa David Agius qed jara kif ser iżomm postu bħala viċi-kap fil-Partit Nazzjonalista. Imma f’għajnejn ħafna fil-Partit Nazzjonalista, inkluż fost l-istess sħabu d-deputati, David Agius qed jidher bħala persuna bla sinsla u li tilgħaq.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *