Infetħet inkjesta bil-maġistrat wara l-attentat ta’ suwiċidju minn Bojan Cmelik?

Dan is-sit kien żvela l-aħbar li s-Serb, Bojan Cmelik għamel attentat ta’ suwiċidju. Cmelik kien nstab ħati li qatel lil Hugo Chetcuti u kien intbagħat għomru l-ħabs.

Fi żmien meta l-ħabs kien immexxi minn Alex Dalli, wara li kien ikun hemm attentat ta’ suwiċidju minn xi ħabsi, kienet ssir inkjesta bil-maġistrat u investigazzjoni mill-pulizija. Kien hemm saħansitra investigazzjoni mill-ombudsman.

Wieħed jistaqsi jekk wara dan l-aħħar attentat ta’ suwiċidju saritx inkjesta bil-maġistrat u jekk infetħitx investigazzjoni mill-pulizija kif kien jiġri qabel għaliex il-media ma hi qed tirrapporta xejn?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *