Karol Aquilina u David Casa kisru l-kodiċi ta’ Etika tal-PN. Ser jieħu passi kontra tagħhom Bernard Grech?
Bernard Grech illum huwa persuna maqbuda kif jgħidu bl-Ingliż ‘between a rock and a hard place’.
Wara li Joe Giglio għamel il-kummenti tiegħu fuq ir-radio, żewġ deputati tal-Partit Nazzjonalista ħarġu jattakkawh. Mela għandna żewġ deputati tal-PN li qed jattakkaw deputat ieħor tal-PN. Dan l-attakk minn dawn iż-żewġ deputati tal-PN beda wara li Joe Giglio għamel kumment fuq Efimova li ma hix deputata u sa fejn naf jien l-anqas membru tal-PN. Mela Joe Giglio ma attakka l-ebda deputat Nazzjonalista. Imma wara dan il-kumment, Karol Aquilina u David Casa ħarġu jattakkaw lill-kollega u deputat bħalhom Joe Giglio.
Mela għandna naqblu li Giglio ma attakka lil ħadd fil-Partit Nazzjonalista. Il-kummenti tiegħu kienu jikkonċernaw lil Efimova biss u qal li għandu l-provi ta’ dak li qed jgħid. Għamel ukoll differenza bejn il-Partit Nazzjonalista u l-NGO Repubblika.
Imma l-punt li jolqot lill-PN jinsab hawn. Ftit tax-xhur ilu, Dr Grech kien għamel emfasi kbira, meta kien hemm il-kwistjoni bejn Dr Delia u Dr Azzopardi, li deputat ma għandux jattakka deputat ieħor. Issa f’din l-istorja għandu żewġ deputati, Karol Aquilina u David Casa, li attakkaw lil Dr Giglio mingħajr riserva. Dan huwa ksur tal-kodiċi tal-etika tal-Partit Nazzjonalista. X’ser jagħmel issa Bernard Grech?
Karol Aquilina u David Casa marru kontra kliemu u sfidawh. Dawn ġew jaqgħu u jqumu mill-etika li suppost iħaddnu bħala deputati f’isem il-Partit Nazzjonalista. X’passi ser jieħu Bernard Grech? Ser juża d-dixxiplina fuq dawn iż-żewġ deputati tal-partit tiegħu stess? Ser jitlob biex il-Kummissjoni ta’ Etika u Dixxiplina tinvestigawhom?
Ħaġa oħra li jrid jikkonsidra u jistaqsi dwarha lin-nies tiegħu Bernard Grech tittratta l-lealta’. Fejn hi l-lealta’ ta’ Aquilina u Casa f’dan ir-rigward? Lejn min huma leali dawn iż-żewġ deputati? Lejn il-Partit Nazzjonalista jew lejn l-NGO Repubblika? Dawn huma mistoqsijiet li bil-fors irid jistaqsi lid-deputati tiegħu Bernard Grech għax hawn daħlu dubji serji fejn hi qiegħda l-lealta’ tagħhom.
Hemm ukoll l-kumment tal-eks-segretarju tal-Partit Nazzjonalista fejn talab lil Bernard Grech biex jikkundanna l-kummenti ta’ Giglio. X’ser jagħmel Bernard Grech? Ser jikkundanna lil Joe Giglio u jimxi kif qallu ta’ Repubblika anki jekk dawn it-tnejn kissru l-kodiċi ta’ etika tal-PN? Għax biex jikkundanna dak li qal Joe Giglio jkun qed jaġevola lil NGO Repubblika u jikkonferma li d-deputati ta’ Repubblika fil-Partit Nazzjonalista jistgħu jattakkaw deputati oħra fl-istess partit.
Fuq kollox Joe Giglio fil-kummenti tiegħu qabeż għall-Partit Nazzjonalista u għamel diviżjoni skjetta bejn Repubblika u l-Partit Nazzjonalista. Imma hawn għandna storja fejn minħabba ċertu kummenti reġgħet infetħet ferita li ser twassalna għal iktar diviżżjoni fi ħdan il-Partit Nazzjonalista.
Il-poplu xeba’ jisma li Dr Bernard Grech irid u ser idaħħal id-dixxiplina. Issa huwa ċ-ċans ta’ Dr Grech biex juri fejn u kif ser juża din l-imbierka dixxiplina. Hawn għandu ċans tajjeb li jiddixxiplina lil min attakka deputat bħalu, lil min uża kliem goff meta ndirizza deputat fil-grupp parlamentari tiegħu, biex jikkundannaw avukat li kien ta s-servizzi tiegħu lil wieħed mill-klienti xi snin ilu, li gidbu lill-kap tagħhom li ilu jiftaħar li għandu grupp parlamentari magħqud u kollha qed jaħdmu għalenija.
Ġiet l-okkażżjoni idonea għal Bernard Grech biex juri sninu. Ġie l-mument fejn il-Kap tal-Partit Nazzjonalista jgħaddi mill-paroli għall-fatti. Wasal iż-żmien li Dr Bernard Grech jaġixxi u mhux ipaċpaċ biss. Huwa ż-żmien propizju biex in-Nazzjonalisti u mhumiex jaraw verament x’jiswa l-kap tal-Partit Nazzjonalista.
Din hija frivola ghall l-ahhar li ghadkom tirreferu ghall PN..Il PN ilu li spicca mix xhena politika Maltijja min zmien Busuttil,,dak l-ewwel amalgama il Pn mal Pd u wara li nfiered il Pn inghaqad fiz zwieg ma tar-Republica w huwa hazin ghall min ma jafx li l-Pn illum huwa Pn/Republica…Jekk xi hadd ghadu jahseb li illum il Pn jista jhaddan it twemmin tieghu w jiehu xi decizjonijjiet wahdu jkun sejjer zbaljat bil kbir…
Bernard jghamel bhal Prim ma jhLlzs xwana u ma jkummrnax barra imma fil kummitat tal Erika tal partit u mhux affair ta hatspeciLment it trolls u tal gvern. Ghax ma naraw it Travu f ghajnehom l ewwel.
Qaddis Alla, ma stajt nifhem xejn.. tista’ tghidli b’liema lingwa ktibt ha nfittex fuq ‘google’?
Tghid ha jduru kontra Ferris ukoll, jew jaqghu f’ muta bhal ma kienu waqghu? Insew kemm kienu ghajru lil xulxin giddibin hu u Efimova? Min qed jigdeb?
Dr Bernard Grech jaqaw id-dixxiplina ma Jason Azxopardi biss kienet? Minn Jason ridt tehles. U minn Albert Buttigieg? Issa l-avukat Jason Azzopardi telaq. Dak mhux bhalek Dr Grech. Dak kapaci jahdem ta’ avukat. Ara int Dr Grech jekk titlaq mill-politika ikollha tahdem ghalik il-mara. Ghax kif iddikjarajt int stess int avukat ta’ 6,000 ewro fis-sena. Daqshekk kont taqla. Watchman ta’ latrina jaqla aktar minnek.