Stephen Spiteri qed jissemma bħala kandidat għall-elezzjonijiet Ewropej
Dan is-sit jinsab infurmat li d-deputat Nazzjonalista, Stephen Spiteri, huwa wieħed mid-deputati li qed jissemmgħu li ser ikunu qed jikkontestaw għall-elezzjonijiet Ewropej f’isem il-Partit Nazzjonalista. Hemm deputati oħrajn li ġew ukoll mitluba li joħorġu għal din l-elezzjoni. Sorsi infurmati qalu lil dan is-sit, li Stephen Spiteri ġie approċċjat mill-Partit Nazzjonalista u mħeġġeġ biex jikkontesta dawn l-elezzjonijiet. Jidher li Stephen Spiteri wera interess u anki aċċetta li jkun kandidat għal dawn l-elezzjonijiet. Minn hawn nawgurawlu.
Imsieken il pazienti tieghu! Haseb fihom?
Mhux jibghatilhom ic-cerifikat via email…