Ritratti li jkomplu jikxfu l-qasma kbira li teżisti fil-grupp parlamentari Nazzjonalista
Qed inġib ritratt li kien meħud ilbieraħ ġewwa l-Belt Valletta. Ilbieraħ kienet ikkommemorata l-festa tas-7 ta’ Ġunju jew kif nafuha bħala s-Sette Giugno. Għal din il-festa jmorru d-deputati tal-Parlament u fiha l-iSpeaker jagħmel id-diskors tal-okkażżjoni. Il-membri parlamentari Nazzjonalisti ħadu l-okkażżjoni biex qabel iċ-ċerimonja marru jieħdu xi ħaġa. Ma hemmx xejn ħażin f’dan. Anki ħadu ritratt jew ritratti tal-okkażżjoni u tellgħuhom fuq Facebook. Biss dawn ir-ritratti jikxfu l-qasma li hemm fost id-deputati Nazzjonalisti. Wieħed jinnota l-assenza ta’ numru kbir ta’ deputati – hekk imsejħa qodma – li ma marrux jieħdu xi ħaġa mal-kap tal-Partit Nazzjonalista.
Id-deputata Claudette Buttigieg kienet fost dawk li marret tieħu xi ħaġa. Hija tat l-ismijiet ta’ dawk li marru.

Wieħed mid-deputati li attenda u wara mar jieħu xi ħaġa tella’ ritratt ieħor u kiteb hekk:
“Flimkien mal-Kap tal-Oppożizzjoni, il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista u sħabi deputati qabel l-okkażżjoni tat-tifkira tas-Sette Giugno“
Xi ħadd ieħor li kien ukoll preżenti kiteb dan il-kliem fir-rigward ta’ dan ir-ritratt
“mal-kollegi, deputati, ħbieb…. insibu ukoll ftit hin biex nirrilassaw waqt li naħdmu dejjem flimkien għal dak li vera nemmnu fih“.
Fil-verita’ jekk wieħed iħares sew lejn dawn ir-ritratti jara ħafna deputati, b’mod partikolari dawk stabbiliti li ma kienu preżenti, u ħafna minn dawk li ma kienux preżenti kienu wara l-għażla ta’ Bernard Grech.
