Il-Ħamis li għadda saret laqgħa għall-ħaddiema tal-Partit Nazzjonalista: bil-pulit qed jgħidulhom biex jitilqgħu

Meta ġie lura mill-Kungress tal-Partiti Popolari Ewropej ġewwa Rotterldam, fl-Olanda, Bernard Grech għamel laqgħa mal-ħaddiema tal-Partit Nazzjonalista. Din il-laqgħa saret il-Ħamis li għadda. Ma tantx kienet xi laqgħa kordjali. Il-ħaddiema kienu rrabbjati għall-fatt li kien hemm flus għas-safar imma ma hemmx flus għalihom. Infakkar, li meta Roselyn Borg Knight kienet segretarju internazzjonali, fi żmien Adrian Delia, hija kienet tħallas minn butha għall-vjaġġi li kienet tagħmel ma’ xogħol konness mal-Partit Nazzjonalista. Ara fuq dawn l-affarijiet il-media f’Malta, li tiftaħar li tgħid is-sewwa, qatt ma ppubblikat xejn anzi kienet tgħajjar li Adrian Delia kellu tmexxija korrotta.

Ara issa x’ġara? Il-ħaddiema tal-Partit Nazzjonalista qed jispiċċaw jiġu bullied minn Bernard Grech. Dan is-sit jinsab infurmat li f’din il-laqgħa jew staff meeting, l-ewwel ħaġa li Bernard Grech qallhom kienet li ‘they‘, jiġifieri il-ħaddiema, “need to change their attitude“. Qallhom ukoll li hemm bżonn jaħdmu aktar. Fuq kollox, qallhom li min jitlaq mhux ser ikun replaced. Tant kemm kien jaħraq dan il-meeting, li dan is-sit jinsab infurmat li kien hemm ħaddiema li saħansitra telqu l-barra mil-laqgħa.

Fuq kollox, matul din il-laqgħa, saru mistoqsijiet skomdi lill-kap tal-Partit Nazzjonalista u l-istess kap ma weġbietx. Waħda minnhom kienet jekk hemmx xi pjan. Qallhom li hemm pjan imma ma qallhomx x’hemm fih dan il-pjan.

Jidher ċar li bil-pulit, il-ħaddiema preżenti fil-Partit Nazzjonalista qed jgħidulhom biex jitilqgħu ħalli minflokhom jiddaħħlu nies li huma mitqiesha bħala ta’ Bernard Grech.

2 thoughts on “Il-Ħamis li għadda saret laqgħa għall-ħaddiema tal-Partit Nazzjonalista: bil-pulit qed jgħidulhom biex jitilqgħu

  1. allura din tfisser ” dittatura mhux PN izda Bernadizmu Dan qed juri car ukoll il qerq imxajtan meta jidrtu fuq it-TV kemm huma struiti u jafu sew kif ghandu jimxi il Gvern u x-jghamel u kif jghandu jghamel skond huma u meta kienu fil Gvern tul ta kwart ta seklu marru Siesta

  2. Iz zejt ta bernard
    Tiela f wicc l ilma dik li
    ,
    kien wahdu fit telieqa ma nizlitx tajeb mal poplu malti. Hemm diferenza li tkun wahdek fit telieqa milli ikun hemm iktar min
    Persuna wahda ghax in nies jistaqsu ghal l partit ma ghajjatx iktar halli min hu ahjar jiehu l kariga hu forsi dal partit m jibqax niezel f abbis li jinsab fih. Iz zejjed imbibed meta l pn se jkollu min jiehu hsiebu aliment sr jigi aghar min orfni. Lanqas id diska tan negativita ma jridt ibdel qiesu ma jonpurtah min xejn ghax qata qalbu li x darba jkolhom kap li jmexxi.l quddiem. Dan il kap qed juza tattika negativa li kien juza simon bisutil. Jekk dan se jibqa jokopja mela iktar ma jaghdi zmien iktar il partit se jotor

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *