Kemm ġiet tiswa lill-Partit Nazzjonalista l-attendenza tiegħu għall-kungress tal-Partit Popolari Ewropew?

Dan is-sit irċieva aktar minn messaġġ wieħed dwar id-delegazzjoni li Bernard Grech ħa miegħu biex tattendi għall-kungress tal-Partit Popolari ġewwa Rotterdam fl-Olanda. Qed inġib ritratt ta’ din id-delegazzjoni li kienet magħmula miż-żewġ MEPs Nazzjonalisti, Bernard Grech, deputat Nazzjonalista u ħames membri oħra.

Hawn wieħed jistaqsi min ħallas biex dawn kollha jattendu dan il-kungress? Naħseb li l-MEPs għandhom fondi apposta u b’hekk il-preżenza tagħhom ma kienetx ta’ piż fuq il-Partit Nazzjonalista. Kif ngħidu, il-preżenza tagħhom tħallset mill-Ewropa. Imbagħad kien hemm Bernard Grech u David Agius. Dawn huma deputati Maltin. Ma nafx jekk dawn, bħala deputati għandhomx xi flus biex jattendu dawn it-tip ta’ kungressi. Jekk le min ħallas? Ħallsu minn buthom jew ħallas għalihom il-Partit?

Imbagħad hemm il-ħamsa l-oħra. Dawn bilfors ħallsu huma jew ħallas il-Partit Nazzjonalista. Nispera li dawn ma tħallsux mill-Partit Nazzjonalista. Ma għandi xejn kontra li l-Partit Nazzjonalista jħallas. Imma meta għandek partit, li hu ddikkjarat li għandu dawn id-djun kollha, nippretendi li joqgħod attent kif jintefqu l-flus.

B’hekk wieħed jistaqsi, kemm ġiet tiswa din iż-żjara lill-Partit Nazzjonalista?

Dak li hu żgur li qatt ma niftakar delegazzjoni daqshekk kbira min-naħa tal-Partit Nazzjonalista li attendiet għall-kungress tal-Partit Popolari Ewropew. Meta hemm daqshekk dejn, kien hemm bżonn ta’ delegazzjoni daqshekk kbira biex tattendi il-kungress tal-Partit Popolari?

One thought on “Kemm ġiet tiswa lill-Partit Nazzjonalista l-attendenza tiegħu għall-kungress tal-Partit Popolari Ewropew?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *