Nispera li Fr. David Muscat mhux vittma ta’ xi klikka li għandna f’Malta
Meta lbieraħ, il-media tatna l-aħbar li issa jiddependi mill-avukat ġenerali tar-Repubblika x’ser jagħmel bil-każ ta’ Abner Aquilina, jiġifieri jrid jiddeċiedi dwar jekk dan il-bniedem ikunx dikjarat miġnun jew xorta jibgħatu għall-ġuri, kien hemm dettall li naħseb ħarab lil ħafna. Il-media qaltilna li Abner Aquilina rreaġixxa kif irreaġixxa u wettaq dan id-delitt minħabba esperjenza personali li ġrat f’Novermbru 2020. Hawn wieħed jistaqsi x’kienet din l-esperjenza personali? Kienet xi esperjenza marbuta ma’ dak li Fr. David Muscat sejjaħ bħala gayyaġni?
F’dan il-każ, bil-kelma gayyagni, Fr. David Muscat kien qed jifhem il-prostituzzjoni ta’ persuni omosesswali. F’dan il-każ, kien qed jirreferi għall-fatt li Abner Aquilina kien qed jipprostitwixxi ruħu mal-irġiel biex ikun jista’ jixtri d-droga li ġennintu. B’hekk wieħed jistaqsi jekk din il-personal experience li l-media għamlet referenza għaliha ġratx f’Novembru 2020?
F’dan il-kuntest, l-Arċisqof Charles Scicluna għandu x’jwieġeb. Mhux talli ma fehemx li Fr. David Muscat kien qed jaqbeż għal dan iż-żagħżugħ li llum hu kkonfermat li għandu storja warajh ta’ abbuż sesswali għaliex saħansitra ġurnalista kien mar miegħu, imma talli pprova jsallab lil Fr. David Muscat fil-pubbliku.
L-aqwa li llum għandna l-knisja kattolika xxerred kotba tad-duttrina għat-tfal immirati biex jgħallmuhom li “Alla ħalqek gay“. Mhux ser nikkummenta li dan imur kontra dak li konna nitgħallmu aħna ħafna snin ilu meta konna mmorru l-lezzjoni tad-duttrina. Imma l-arċisqof għandu jiftakar li xjentifikament Alla ma joħloqx gay, kif l-istess Alla ma joħloqx eterosesswali. Jien wieħed minn dawk li ninsisti – u fuq dan hemm argumenti xjentifiċi b’saħħithom – li tkun gay hija għażla personali tal-individwu bħal ma hija għażla personali tal-individwu li jkun etero. B’hekk meta tara kotba bħala dawn tinduna li l-Knisja f’Malta qed jiżra’ iż-żerriegħa tal-gayyaġni jew Abnerijiet għall-futur.
Nispera li Fr David Muscat mhux vittma ta’ klikka li għandna f’Malta? Nispera li wara din il-persekuzzjoni kollha ma hemmx din il-klikka li ddeċidew li jsallbuh.
Dak li hu interessanti u naħseb li l-Arċisqof Scicluna għandu jieħu nota huwa l-fatt li din id-deċiżjoni fil-qorti fil-konfront ta’ Abner Aquilina, jiġifieri li hu kien fi stat ta’ ġenn meta wettaq dak li wettaq, ingħatat ilbieraħ, fil-jum tal-festa tal-martri tal-Uganda. Dawn kienu żgħażagħ li ma ċedewx għar-re omosesswali tal-Uganda u b’hekk dan qatilhom. Kieku l-Arċisqof Scicluna kien l-arċisqof dak iż-żmien, lil Karl lwanga u lil sħabu kien jgħidilhom biex iċedu għax-xewqat żienja tar-re għax taf inti, dawn ix-xewqat huma ħolqien ta’ Alla?!
Ghsmdha tibda ssir distinzjoni cara bejn gender u sexual orientation