Qed iberraq fil-korp tal-pulizija: qed issir tfittxija għall-capro espiatorio minħabba l-każ ta’ Iosef Galea

Il-kelma Taljana capro espiatorio jew scapegoat bl-Ingliż tintuża fir-rigward ta’ xi ħadd jew persuni li jkunu akkużati li għamlu xi ħaġa anki jekk mhix minnha biex b’hekk jitgħatta min verament ikun għamel dik il-ħaġa li dwarha inqala’ kommossjoni kbira.

Dan is-sit ġa kellu ċ-ċans jitkellem dwar il-każ ta’ Iosef Galea u l-kontroversja kollha li nqagħlet madwaru. Galea siefer fi grupp li kien hemm fih Joseph Muscat u ġie arrestat l-Italja. Sirna nafu li dan Iosef Galea kien fuq Police Bail. Meta tkun fuq police bail ma tistax issiefer sakemm ma jkollokx permess u approvazzjoni mill-pulizija.

B’hekk xi ħadd irid jeħel ħalli tidher li ġustizzja qedha ssir. Dan il-sit ġie avviċinat minn persuna fil-korp tal-pulizija. Dan il-persuna tagħni anki l-ismijiet – imma li ma nħossx li għandi nippubblika. Skont dan il-pulizija, huma erbgħa fil-korp li fuqhom ser taqa’ l-ħtija jew hemm pressjoni biex ikunu marbuta ma’ din l-istorja ta’ Iosef Galea. Qed jissemma Assistent Kummissarju, Supretendent, Spettur u anki pulizija. Kif għidt qabel, ġejt anki mogħti l-ismijiet tagħhom imma nħoss li ma għandix nippubblikahom.

One thought on “Qed iberraq fil-korp tal-pulizija: qed issir tfittxija għall-capro espiatorio minħabba l-każ ta’ Iosef Galea

  1. Minn huwa hati haqqu l kastig.
    Minn naqas minn dmirijietu ghandu jhallas.
    Lghar jekk jehel xi hadd li verament huwa bla htija

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *