Iż-żieda fit-tariffi tal-telefon: għaliex il-Partit Nazzjonalista baqa’ sieket?
Minn osservatur politiku
It-tliet kumpaniji tat-telekomunikazzjoni f’pajjiżna ddeċidew li jdaħħlu żieda fit-tariffi tagħhom. Dawn it-tariffi laqtu ħażin lil dawk il-klienti li ma jħallsux il-kont permezz ta’ direct debit. Mhux ser nidħol fil-mertu ta’ x’ġara u ma ġarax u x’azzjonijiet qed jittieħdu minn dawk li huma responsabbli għax l-argument ta’ dan l-artiklu mhux dak. Ta’ min jirrimarka li kif appena beda jirċievi messaġġi u kopji tal-ittri, li ntbagħtu mit-tliet kumpaniji, il-membru tal-Parlament Ewropew f’isem il-Partit Laburista, Alex Agius Saliba, ħa l-inizzjattiva biex jindaga iżjed fuq din il-kwestjoni. Huwa staqsa istituzzjonijiet Ewropej jekk dawn il-kumpaniji humiex mexjin mal-liġi u ħa l-intrigu li jekk ma tinstabx soluzzjoni hu ser ikompli jressaq l-argumenti tiegħu fl-Unjoni Ewropea bħala membru tal-parlament Ewropew.
L-iskantament huwa kif min-naħa Nazzjonalista, ebda membru tal-parlament Ewropew ma ħa ebda inizzjattiva u ma ta ebda informazzjoni lill-klijenti kollha Maltin u Għawdxin. Possibbli la Roberta Metsola u lanqas David Casa ma rċevew ebda komunikazzjoni rigward dan it-tibdiel fil-kuntratti tal-kumpaniji konċernati mal-klienti kollha tagħhom? U jekk irċivew għaliex ma ttieħdet ebda azzjoni? Għaliex kellu ikun membru min-naħa tal-Partit Laburista li beda jsemma leħnu u s’issa għadu ma waqafx. Tant li l-awtoritajiet Maltin, jiġifieri l-Ministru u l-awtorita konċernata ġew imħeġġa jieħdu azzjoni?
Minn kummenti fuq Facebook, hawn min qed jiskuża lil Roberta Metsola għax issa għandha l-pożizzjoni ta’ President tal-Parlament Ewropew u ma għadiex membru f’isem Malta. Dan huwa raġunament żbaljat għax kieku ma għadhiex membru tal-parlament Maltija kieku diġa’ laħaq ħaddieħor minn flokha. Metsola qiegħda President grazzi għall-vot tal-pubbliku Malti u Għawdxi u hi għandha l-obligu li tibqa’ tonora dak il-vot sal-aħħar tal-leġislatura fl-2024.
U David Casa fejn qiegħed? Possibbli azzjoni kontra kważi l-Maltin u l-Għawdxin kollha min-naħa ta’ tliet kumpaniji ma tinteressahx lil dan il-membru tal-parlament Ewropew? Possibli żieda fit-tariffi li tolqot lil poplu kollu ma tinteressahx lil dan il-membru? Mela fejn u meta ser jaqbeż għall-Maltin u l-Għawdxin waqt li qiegħed membru tal-parlament ewropew? Jaf li dan huwa dmiru u jagħmel parti mix-xogħol tiegħu vis-a-vis il-konsumatur Malti u Għawdxi?
Huwa doveruż li jsir ringrazzjament lil Agius Saliba tax-xogħol tiegħu fuq din l-istorja. Biss huwa wkoll mistenni li membri tal-parlament Ewropew min-naħa tal-Partit Nazzjonalista jqumu minn hemm u jaġixxu meta jkun il-waqt u l-bżonn f’isem il-kostitwenti kollha tagħhom.
Din kwistjoni li taffetwa lil maltin kolla. Ara kieku kienet taffetwa lil ta l establishment kieku holl xaghrek hu gib iz zejt kemm kundanni hu kumittati jigu jinvestigaw lil Malta.
Ipokriti!!
Dawk ir “rule of law” biss jinteressahom !!
Dawn MEP’s nazzjionalisti jinteresghom biss mis siggu u jigu jitnejku mil maltin u ghawcin. Ghalekk jien qatt ma nasal li xi darba nivvutalhom. Prosit AAS
Minn hu mixtri hu minn le!
il go olla 2 euro mela ghlaxjen ijkolok contract meta tiferma ihjar naraw ghalix,
dejjem jollu.