Fr David Muscat jingħata raġun fuq dak li qal dwar il-każ ta’ Abner Aquilina
Minn qarrej ta’ dan il-blog.
Illum kellna żvilupp interessanti fil-każ tal-qtil ta’ Paulina Dembska minn Abner Aquilina. The Times qaltilna li l-qorti aċċettat it-teżi li Abner Aquilina ma kienx f’sensih, bil-Malti ngħidu li kien fi stat ta’ ġenn, meta qatel lil Paulina Dembska.
Dak li joħroġ minn din id-deċiżjoni tal-qorti huwa li Fr. David Muscat kellu raġun jikteb kif kiteb meta spjega dan il-każ lill-persuna oħra fuq Facebook bħala att sataniku u li kien hemm gejjaġni. Dak kollu li qal Fr David Muscat huwa veritier bħal ma kien sewwa dak kollu li kien qed jintqal fuq dan il-każ fil-blogs ta’ dan is-sit. Fuq kollox, issa għandna r-rapporti mill-psikjartriċi li qed jgħidu li Abner Aquilina qalhom li kien ppossedut mix-xjaten meta għamel dan id-delitt.

Mhux ser nidħol jekk hawnx possessjoni demonika jew le. Jien ma nemminx li hemm. Imma l-psikjatriċi qed jaqblu li Abner Aquilina ma kienx f’postu mentalment meta wettaq dan id-delitt u l-qorti aċċettat din il-verżjoni mogħtija mill-psikjatriċi.
Quddiem dawn l-iżviluppi kollha, il-Qorti ma għandha ebda triq oħra għajr li ssib lil Fr. David Muscat mhux ħati tal-akkużi li nġibu kontra tiegħu. Ma nafx kif jista’ jkun ippruvat li Fr. David Muscat ipprova jinċita oddju lejn xi tip ta’ ġeneru meta semma’ l-possessjoni meta issa ħiereġ ċar li kien qed jgħid is-sewwa.
Dan hu dak li jiġri meta sitwazzjoni jew kummenti li xi persuna tagħmel jittieħdu barra mill-kuntest u jintużaw mill-media għal skop politiku għaliex il-vera interess ma kienx il-qtil ta’ Paulina Dembska, imma li dan il-qtil jintuża biex titmexxa aġenda dwar il-femmiċidju anki jekk dan ma kienx femmiċidju – xi ħaġa li qalha ċara Fr. David Muscat – u issa ġiet ikkonfermata fil-qorti.
Issa ħierġa l-verita’ kollha dwar dan il-każ, kif ukoll dwar l-imgħoddi ta’ Abner Aquilina. F’dan il-kuntest, kemm il-politiċi u l-media liberali issa jaqblihom li l-każ ta’ Fr. David Muscat jintesa.
Sadanittant, Mons Charles Scicluna jibqa’ jilgħab il-logħba tiegħu biex jintgħoġob mal-liberali billi meta tkun qrib li tinstema seduta tal-kawża li l-pulizija qed tagħmel kontra Fr. David Muscat, jagħmel xi diskors favur LGBTIQ, bħal ma għamel ġimgħatejn ilu!
Sliem