Partitarji ta’ Bernard Grech jispiċċaw jgħajjru Nazzjonalisti oħra u jitolbu għat-tkeċċija tagħhom

Mid-dehra l-mandat li ngħata mill-kunsilliera nhar is-Sibt li għadda qed jagħti lok lil xi sostenituri tal-Partit Nazzjonalista li jheddu u jgħajjru lil Nazzjonalisti oħrajn. Donnu dak il-mandat wasal ukoll għand min, għax ivvota lill-kap, sar għandu mandat hu jew hi wkoll biex jixkupaw ‘l barra Nazzjonalisti oħra mill-Partit. Il-Partit Nazzjonalista jrid joqgħod attent li ma jħalliex nies li jagħmlu ħsara iżjed bi kliemhom u b’għemilhom. Fuq kollox, skont Bernard Grech f’din l-elezzjoni rebħet l-imħabba fuq il-mibgħeda.

Ħadd ma għandu ebda dritt jarmi lil ħadd. Ħadd ma għandu dritt jikteb kliem dispreġjattiv bħala risposta lil Nazzjonalist bħalu jew bħalha. Il-Partit Nazzjonalista mhux qiegħed f’xi stat ta’ lussu li jarmi lil dak jew lil ieħor ‘l barra. Ma jistax ikun li għax ġie mogħti mandat lit-tmexxija tal-partit, dan il-mandat jibqa’ nieżel għand ċertu nies li bi kliemhom qed isawwtu Nazzjonalisti oħra.

Araw x’inhu jinkiteb minn ċertu nazzjonalisti fuq sħabhom nazzjonalisti wkoll. Dan li ġej kitbitu Moira Sciberras

Qed taraw xi jsarraf il-mandat li ġie mogħti nhar is-Sibt? Qed nippubblika u nikkwota biex forsi l-Partit jibda’ kif qal u jiddixxiplina lil niesu stess. Araw kif wieġibha Glenn Gatt.

Juliet Balzan addirittura trid tkeċċi membru tal-parlament Nazzjonalista. Din, għax mhux qed tkun dixxiplinata, qalet hekk:

Dawn il-kummenti qed isiru għax Dr Grech semma li hemm bżonn tidħol id-dixxiplina. Imma Dr Grech ma qalx lil min irid jiddixxiplina. Forsi jitħajjar jibda minn dawn li hawn ikkwotati. Araw kemm hu perikoluż li ssemmi d-dixxiplina u ma tispjegax kif ser tibda tużaha. Araw Josephine Spiteri x’kitbet f’wieħed mill-kummenti tagħha indirizzat lil żewġ nazzjonalisti, forsi daqsha jekk mhux iżjed minnha.

Dan huwa diskors ta’ suppost Nazzjonalista ndirizzat b’kattiverja lejn Nazzjonalisti oħra. X’qed jagħmel il-partit fuq dawn in-nies? Il-partit qed jaħseb li ser jieħu r-ruħ b’din il-kwalita’ ta’ kitba? Il-partit qed jimmaġina li ser iżid il-voti billi jħalli lil min jikteb b’dan il-mod? Araw din l-istess Josephine Spiteri fil-għerf tagħha x’kitbet f’post ieħor.

Bil-fors li dawn in-nies jaħsbu li jistgħu jgħidu li jridu għax Dr Bernard Grech ta x’jifhem li ser juża l-frosta flok il-kelma it-tajba u l-konvinzjoni. Dawn huma ftit minn siltiet li wieħed jista’ jsegwi fuq Facebook. Dawn huma eżempji ċari ta’ diskors żejjed u kattiv ta’ nies li mingħalihom qed jagħmlu l-ġid lill-Partit Nazzjonalista. Dawn huma kummenti li jagħtu x’jifhem li l-mandat ma ġiex mogħti biss lil Dr Grech, imma niżel anke fuq livelli ta’ sostenituri.

B’dawn it-tip ta’ kummenti, il-Partit Nazzjonalista qatt ma jista’ jitla’ fil-gvern.

2 thoughts on “Partitarji ta’ Bernard Grech jispiċċaw jgħajjru Nazzjonalisti oħra u jitolbu għat-tkeċċija tagħhom

  1. OMG Immagina li kieku jkunu fil gvern….xghamlu lill partitarji Labouristi!! Dawn suppost nies min tahom stess.. ahseb u ara lill aversarji. Nispera li min qed imexxi johrog xi forma ta kundana ghal dan it tip ta kitba.

  2. Bernard se tiehu passi kontra dawn in-nies? Id-dixciplina li tant tkellimt dwarha se tghodd ghall dawn in nies. Jew id dixxiplina hi biss ghal min ma jaqbilx mieghek. Issa ghandek ghazla. Jew tohrog ta ragel. Jew ta pulcinell?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *