Il-Membri tal-Kummissjoni tal-Etika tal-PN iridu jiddikkjaraw li ma għandhom l-ebda konflitt ta’ interess fl-investigazzjoni dwar Albert Buttigieg.

Illum fis-6 pm. ser tiltaqa’ l-Kummissjoni tal-Etika u Dixxiplina tal-Partit Nazzjonalista. Din ser tiltaqa’ biex tanalizza l-każ ta’ Albert Buttigieg. Wara l-artiklu li Buttigieg kiteb f’The Times dwar fat cats u l-Partit Laburista, Ray Bezzina kiteb lil din il-kummissjoni biex tinvestiga dan il-każ.

Issa l-Kummissjoni ħalliet l-elezzjoni tal-kap tgħaddi u bagħtet għal Albert Buttigieg. Dan ser jidher quddiemha llum fis-6 pm. Fid-dawl tal-fatt li din il-laqgħa qed tkun mitluba minn Ray Bezzina, wieħed jistaqsi u jitlob li ħadd mill-membri tal-kummissjoni ma għandu xi konflitt f’dan il-każ. Konflitt jirriżulta filli xi membru ta’ din il-kummissjoni qiegħed jew kien f’relazzjoni ta’ xogħol jew mod ieħor ma’ Ray Bezzina. Jekk hemm jew kien hemm xi relazzjoni fost xi membru jew membri ta’ din il-kummissjoni ma’ Ray Bezzina, dan il-membru jew dawn il-membri, għandhom jastjenu.

Sadanittant, Albert Buttigieg tella’ post dal-għodu, f’antiċipazzjoni ta’ din il-laqgħa fejn qal li l-politika tiegħu hija waħda ta’ onesta

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *