Bernard Grech jaf li biex jibqa’ kap irid ibiegħ il-Każini tal-PN: jekk le, il-fat cats itajruh
Minn Osservatur Politiku
Il-ħsieb inizjali li għadda dwar il-bejgħ tal-każini ma tantx niżel tajjeb mal-partitarji Nazzjonalisti tant li waqt il-kampanja elettorali, Bernard Grech, ħa ħsieb li jibdlu biex ikun jista’ jiġi kkonfermat kap tal-Partit Nazzjonalista b’vot b’saħħtu. Tant hu hekk li bidel id-diska u beda jgħid li ser jikkommerċjaliżżhom jew jimmassimiliżżahom. Imma l-għajta fil-bidu kienet li biex itaffi l-pjaga tad-dejn hemm bżonn li jdur għal li għandu, u l-assi li għandu l-Partit Nazzjonalista huma l-każini u d-Dar Ċentrali. Issa li kien ikkonfermat kap, jista’ imur għall-għajta oriġinali tiegħu jew għat-tieni għajta fejn ta x’jifhem li mhux ser ibiegħ imma jimmassimiliżżahom. U għaliex saret din l-għajta?
Fil-wiċċ, l-għajta li hemm bżonn jinbiegħu l-każini saret biex ikun jista’ jitħallas id-dejn. Hu fatt li l-media tal-Partit Nazzjonalista żgur li bħalissa mhix attraenti għax qed titlef ħafna flus. Imbagħad kien hemm is-salarji fenominali li ta. Il-ħeġġa li kellu fil-bidu, meta qal li hemm bżonn jittieħdu deċiżżjonijiet drastiċi ħalli tissolva l-problema kbira tad-dejn, donnha ntfiet mill-ħerqa tagħha. Bernard Grech irrealiżża li b’deċiżjonijiet mittieħda minnu u minn nies ta’ madwaru ma tantx huwa attraenti u mhux ser jogħġbu lill-kunsilliera. B’hekk saret miżura ta’ damage control li tat il-frott.
Fil-fatt id-diskors ta’ Bernard Grech fl-aħħar ġranet inbidel u mhux qed isemmi l-bejgħ tal-każini. Dan kien biex ma jurtax lill-kunsilliera. Ma hemm ebda dubju li din hija idea temporanja. Issa li għaddiet l-elezzjoni tal-kap, x’ser jiġri? Ser jerġa’ jmur għal ħsieb oriġinali u jwettaq dak li qal fil-bidu, jiġifieri li jibda jbiegħ il-każini? Bernard Grech jaf li ma jistax jagħmel mod ieħor. Għalkemm ma jammettix, li tkellem żejjed u kixef kemm għandu dejn il-Partit Nazzjonalista kienet ideja ħażina u kif inkiteb fuq dan is-sit, dik ix-xandira ‘will come back to haunt him’.
Biex idawwar l-attenzjoni minn fuq it-telfa elettorali, Bernard Grech tkellem żejjed u jxandar affarijiet li ma messhom qatt ixxandru.
Fi żmien Lawrence Gonzi, meta d-dejn kien diġa’ qed jerfa’ rasu ma tħabbarx li ser jinbiegħu xi każini. L-uniku kap barra Bernard Grech li ħa din id-deċiżjoni kien Simon Busuttil li fi żmienu biegħ ftit każini bir-rabgħas tant li fuq bejgħ ta’ każin minnhom, dak ta’ San Ġiljan, min xtrah kien reġa’ biegħu fuq il-konvenju. B’hekk min deher għall-kuntratt finali ma kienx ix-xerrej oriġinali li miegħu sar id-deal fi żmien Simon Busuttil. Imma anki jekk beda jbiegħ il-każini, xorta Simon Busuttil ma taffiex il-pjaga tad-dejn għax xorta baqa’ jżid.
Fi żmien Adrian Delia d-deċiżjoni tant inqalbet li prova jżomm il-bejgħ li kien wettaq Simon Busuttil imma ma setax iwaqqaf kollox. Jiġifieri kien marbut legalment li jonora l-konvenji li kienu saru. Imma ma biegħ xejn u ma daħal fl-ebda konvenju. Tgħid din kienet waħda mir-raġunijiet għala Adrian Delia ma ġiex milqugħ bħala kap għax kien hemm minn kellu interess f’dawn il-każini?
Ara issa, għaliex Bernard Grech irid ibiegħ il-każini, kulħadd kwiet qiegħed. L-anqas il-media ma qed titkellem. Anzi ħarġet tagħtih spalla għax ġab 71% tal-voti. Ara meta ġabhom Adrian Delia ma qalitx li kien għamel vittorja. Ara issa wara din ir-rebħa, qed tkun deskritta bħala kbira. Ara issa għax reġgħet tfaċċat mill-ġdid din il-prospettiva tal-bejgħ tal-każini, ħadd fil-media ma għandu interess jikkritika lil Bernard Grech!
Simon Busuttil ser jibqa’ mfakkar li beda’ jeħles mill-assi tal-Partit Nazzjonalista. Adrian Delia tkeċċa għaliex żamm milli jinbiegħu aktr każini u b’hekk urta lil ċertu fat cats. Bernard Grech jaf li jekk iwebbes rasu u jopponi l-biegħ tal-każini, jiġrilu bħal Adrian Delia u l-fat cats, bl-għajnuna tal-media, itajruh anki jekk kien ikkonfermat minn 71% tal-kunsilliera.
Guseppi kien mibjugh minn sidu. U l-PN se jinbiegh minn Bernard Grech.