Il-każ ta’ Iosif Galea: għaliex kellu jkun arrestat eżatt meta kien qed isiefer ma’ eks-Prim Ministru Malti u mhux qabel?
Minn qarrej ta’ dan il-blog
L-aħbar prinċipali tal-lum kienet li ċertu Iosif Galea ġie arrest fl-Italja waqt li kien qiegħed hemm għal żjara ma’ grupp li fih kien hemm ukoll Joseph Muscat, l-eks-Prim Ministru Malti. Storja bħal din iġġib ħafna mistoqsijiet.
L-ewwel waħda dwar il-ħbieb li kellu u għandu Joseph Muscat. Mhux ta’ unur għal eks-Prim Ministru Malti li jkun fuq żjara barra l-pajjiż ma’ grupp u wieħed mill-grupp jiġi arrestat għaliex hemm mandat ta’ arrest internazzjonali. Wieħed jistaqsi allura l-pulizija qatt ma avżat lil Joseph Muscat biex joqgħod attent ma’ min ikollu x’jaqsam?
Imbagħad hemm it-tieni fatt li din il-persuna hemm kontra tagħha mandat internazzjonali ta’ arrest. Dan kien ilu li ħareġ sena u nofs. Kif il-pulizija Maltija, taħt Gafa’, li ġie onorat minn stat barrani għall-ħidma tiegħu kontra l-kriminalita’ qatt ma ħaseb biex jarrestah? Ma nemminx li ma kienx jaf b’dan il-mandat internazzjonali mill-Ġermanja. Normalment, meta jiġri hekk għaliex ikun hemm xi ħadd x’imkien, forsi f’Malta jew anki barra, li jkollu interess li ma jinfurzax il-mandat ta’ arrest internazzjonali.
Imbagħad hemm it-tielet fattur. Insiru nafu li dan kemm-il darba ħareġ minn Malta. Possibbli, issa l-awtoritajiet Taljan ħasbu biex jarrestawh, waqt li kien fi żjara ma’ eks-Prim Ministru Malti. Din hija stramba ħafna. Għaliex ma arrestawhx qabel, meta ħareġ minn pajjiżna?
Hu x’inhu il-każ, f’din l-istorja naqbel ma’ dak li kiteb David Casa.

Kif il-Pulizija Maltija qatt ma arrestatu jekk kellu mandat ta’ arrest mill-Ġermanija, pajjiż tal-EU? Min verament kien qed jagħmel il-bsaten fir-roti biex l-arrest ma jsirx? Kienu l-forzi Maltin jew dawk Tedeski li ma kellhomx interess jinfurzaw dan il-mandat internazzjonali?
Possibli li s-Sur Iosif Galea ma kienx jaf b’dan il mandat? Jekk kien jaf, kif azzarda isiefer barra mill-pajjiż, meta suppost jaf li jekk, kif jasal fl-arrivals ta’ kull pajjiż tal-EU ser jeħel żgur għaliex l-iskrutinju xorta jsir b’mod partikolari meta wieħed jiġi biex joħroġ mill-pajjiż? Nafu li dan siefer aktar minn darba.
B’liema arja ta’ “untouchable” u tant ħaseb li kien “untouchable” u ma hux se jiġi arrestat li saħansitra siefer mal-eks-Prim Ministru Malti!
La siefer kemm-il darba, ġie skrutinat żgur mid-Departures tal-MIA. Possibbli qatt ma ġie “highlighted” mis-sistema tal-kontroll tal-Boarding?!
Xi ħadd mill-Awtoritajiet irid jirrispondi. Kieku qegħdin ngħixu ġo pajjiż normali, kieku ġa rriżenja xi ħadd jew aktar minn wieħed!
Sliem.
Seriously!? Another Maltese pseudo journalist or rather a wannabe providing alternative facts ;P Unless PNR and API checks are also made on intra Schengen flights how on earth will the police know that XYZ is fly on an intra Schengen flight between Malta and Italy?