X’inhuma l-perċentaġġi li qed jingħad li ser iġib Bernard Grech f’din l-elezzjoni u x-xenarji prevedibbli?
Minn osservatur politiku
X’qed nistennew il-lejla mill-elezzjoni għall-kap? Il-probabilita’ hija li Bernard Grech jagħmilha. Huwa antiċipat li Bernard Grech iġib il-perċentwali li jixtieq biex ikun jista’ jibqa’ Kap tal-Partit Nazzjonalista. Qed tissemma b’ċertu ottimiżmu li Bernard Grech iġib ftit iżjed minn 75%. Dan qed jgħiduh nies li huma viċin ta’ Bernard Grech innifsu. Imma hemm min hu ftit pessimist u qed jgħid li ser iġib bejn 60% u 65%.
X’ikun ir-riżultat ta’ dan? Il-Partit Nazzjonalista jkun ser jibqa’ mmexxi minn persuna li għadu kif tilef l-akbar telfa fl-istorja moderna tal-Partit Nazzjonalista u jibqa’ mniżżel li baqa’ Kap wara telfa ta’ 40,000. U bir-raġun għax dawn huma numri li ma jmerihom ħadd għax huma fatti.
Mela l-probabilita’ qiegħda li Bernard Grech ser jibqa’ fuq l-istess pultruna bil-konferma tal-grupp ta’ kunsilliera li jistgħu jissejjħu bħala grupp tellief ukoll. Imma issa u din hija importanti ħafna, il-kunsilliera jkunu jridu jerfgħu r-responsabilita’ ta’ għemilhom peress li konxjament ivvutaw kif ivvutaw. Wieħed jispera li ma jismax tgergir jew dispjaċir għal dak li jkun sar, meta jasal il-waqt li Bernard Grech jibda’ jieħu d-deċiżjonijiet li ilu jgħid li ser jieħu.
Wieħed jispera li ma jibdiex dieħel id-dubju għal ċertu affarijiet li jistgħu jsiru għax issa l-kunsilliera jkunu tawh il-barka tagħhom. Mela kull ma jfettillu jagħmel Dr Grech ħadd ma jkun jista’ ma jaqbilx miegħu, għax bil-vot tagħhom il-kunsilliera jkunu taw l-awtorita’ lil Bernard Grech jiddeċiedi li jagħmel li jfettillu. Jekk jakkwista l-perċentwali neċessarji, kif inhu mistenni, Bernard Grech ikun sar il-king tal-Partit Nazzjonalista u wara li ftit ġimgħat ilu kien qala’ damdima tajba mill-elettorat ġenerali, issa sab lill-kunsilliera jagħtuh nifs ġdid biex ikompli jmexxi il-Partit Nazzjonalista.
Minn bniedem tellief għal eroj li jkunu tawh il-barka biex isalva lill-Partit Nazzjonalista. Imma jekk Bernard Grech ma jirnexxilux iġib il-perċentwali mistennija, x’ser jiġrilu l-Partit Nazzjonalista? Dan il-Partit ser jibqa’ bla kap? Dan il-partit ikun ser jaffaċċja traġedja? Dan il-Partit ikun ser jasal għat-tmiem tiegħu? L-ewwel ser iġib aktar minn 50%. B’hekk skont l-istatut jista’ jibqa’ u dan hu dak li ser jiġri. Imma jekk ma jġibx 50% u vot, Bernard Grech ma jkunx jista’ jibqa’ Kap. Jekk jiġri dan, irid ikun hemm tellieqa miftuħa min-nies oħra li lesti jidħlu għal dan il-piż ta’ tmexxija. U nies oħra ser ikun hemm.
Imma tgħidu għaliex ma kkandidawx irwieħom issa? Issa ma setgħux għax Bernard Grech ma rriżenjax allura jkunu jidhru li qed joħduha kontra kap li għadu fit-tmexxija, jinħarqu qabel iż-żmien. U dawn l-affarijiet ma jsirux min-nies li għandhom rashom fuq għonqhom. Mela jekk iwarrab Bernard Grech ikun hemm il-possibilita’ ta’ xi ħaġa totalment differenti minn dak li hemm diġa’.
Għalkemm forsi din kienet mixtieqa minn ċertu membri, il-kunsilliera mid-dehra ser ikunu fehmuha differenti.
Habib il-pultruna komda. Il-pozizzjoni timla l importanza li dan ir-ragel ghandu ghatx kbir ghaliha. Ix-xiffier komdu. Il-karozza lussuza imhallsa mill-gvern aktar.
Habib il-putruna komda. Il-puppatur ghandu ghatx biex jidher. Karozza lussuza. Xuffier u fuel imhallas. Ikliet ma’ tal-buiness b’xejn. Ikel minn fuq dahar il-partit. Paga tajba li qatt ma ra bhalha. Credit card tal- partit. Jidhol ghax- xoghol tard. Lira jfaddal ghax hafna spejjez imhallsa. X’jrid aktar. U issa gejja id-dixxiplina. Min jikrittika l-kap ilesti ruhu ghad-dixxiplina. Iz-zejza tal-pattit niexfa. Imma bernard jrid jibqa jerda’.
Bernard Grech gab aktar momn 80%. Tellaq wahdu. Bejn dawk li ivuttaw kontra u dawk li ma ivuttawx mafwar 400 kunsillier ma riedux lil Bernard Grech kap. Imma Bernard Grech kif kien mistenni se jibqa kap. L- akbar rebha il-lejla hi ghall-Labour.