Fuq 400 mitt kunsillier ma kkonfermawx lil Bernard Grech

Il-media qegħda tagħti appoġġ kbir lil Bernard Grech billi tirraporta li 81% tal-kunsilliera vvutaw biex jikkonfermaw lil Bernard Grech. Ma hemmx dubju, li dan hu vot b’saħħtu. Minn hawn nifirħulu.

Imma wieħed irid iqies dawn il-fatturi qabel ma jgħid kemm hija kbira din ir-rebħa.

L-ewwel kien hemm 1550 persuna eliġibbli biex jivvutaw. Minn dawn kien hemm 1395 li ħarġu jivvutaw. Minn dawn il-1395, kien hemm 81% li vvutaw lil Bernard Grech.

Mela dawk li qalu le b’mod ċar huma 266. Imma magħhom iridu jiżdiedu dawk li ma vvutawx, jiġifieri 155. Jiġifieri b’kollox kien hemm 421 li qalu le. Dan mhux numru żgħir.

Wieħed jista’ jgħid li qed nagħmel bħal Alfred Sant wara r-referendum dwar id-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Imma le. U ħa ngħid għaliex.

L-ewwel, kien hemm kull attentat biex il-kunsilliera kollha joħorġu jivvutaw, saħansitra ngħata d-dritt tal-vot by proxy. Dan kien attentat ċar li juri l-Partit Nazzjonalista kien qed jieħu nkonsiderazzjoni anki ta’ dawk li ma kienux ser jivvutaw.

It-tieni. Wieħed irid jiftakar li matul dawn is-sentejn, Bernard Grech biddel ħafna mill-kunsilliera. Kunsilliera li ma kienux tiegħu twarrbu u oħrajn telqgħu. Infatti l-ammont ta’ kunsilliera f’din l-elezzjoni kien inqas minn dak li kien hemm fl-elezzjoni għall-kap tal-partit li kienet ikkontestat bejn Bernard Grech u Adrian Delia.

It-tielet. Din kienet elezzjoni fejn Bernard Grech tellaq waħdu. Meta jkollok fuq 400 mitt kunsillier minn tiegħek li mhux qed jivvutawlek trid tieħu dan il-punt f’konsiderazzjoni.

Ir-raba’. Din kienet bejn kunsilliera li faċli timmanipulahom. Din ma kienetx elezzjoni miftuħa għat-tesserati. Mela l-fatt li kellek fuq 400 kunsillier, jew madwar 421 li ma vvutawx għal Bernard Grech dan mhux numru żgħir u jrid jittieħed f’kunsiderazzjoni.

Dak li jista’ jingħad hu li wara din ir-rebħa, il-Partit Nazzjonalista ser jinbidel u mhux ser jibqa’ l-Partit Nazzjonalista li kellna. Infatti, dan ġa ntqal fl-ewwel diskors li għamel wara din ir-rebħa.

5 thoughts on “Fuq 400 mitt kunsillier ma kkonfermawx lil Bernard Grech

  1. Fil-verita kien hemm eligibli 1,565
    Kien hemm 440 li jew ma vvotawx, jew ivvotaw ‘le’ jew hassru l-vot!
    Bernard Grech gab 71.86%
    Dawk li ma jriduhx 28.14%
    Igifieri Adrian Delia elett bi kwazi 70% tat-tesserati kollha (iktar minn 20,000), grupp zghir hadmu kontrih u qacctuh!
    Bernard Grech u bla hadd jikkontestah, u bil-kunsilliera biss (1,564) igib 71% u jkanta vittorja!
    Quo Vadis PN

  2. Wara li rebah Bernard Grech rega semma id-dixxipplina. Jekk irrid ikompli jkecci n-nies jaghmel hu. Bernard Grech ma jafx li kull persuna li jkecci ghandu familja. Ghandu hbieb. Mexxej tajjeb hu dak li jibni l-pontijiet ma min ma jaqbilx mieghu. Mhux juza l-poter biex jikkastiga lil min jazzarda jikrittikah. Ibqa sejjer hekk Bernard. L-isbah haga li grat illum hu li Bernard Grech baqa kap. B’maggoranza tajba. Tant li mill ewwel diskors tieghu qed juri li se jibqa bniedem arroganti. Li qed jara l- kulhadd dubbien.

  3. 28% tal kunsilliera jew ma marrux jivvotaw jew ivvotaw kontra mhux cajta meta ghandek bniedem qieghed jigri wahdu..Probabilment dawn il kunsilliera li regaw taw mandat lill grech wara telfa hekk kbira ser jirrepetu l-istorja fl-elezzjoni li gejja billi jwahhlu f-kullhadd ghall telfa ohra kbira min barra fihom innifisom bhall ma ghamel l-istess grech…

  4. LET THEM SINK DEEPER AND DEEPER. THAT’S WHAT THEY DEZERVE AND THAT IS EXACTLY WHAT THEY GET

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *