Anki Bernard Grech qed iċempel personalment lill-kunsilliera għall-vot: imma r-rabja hija kbira

Bħalissa mid-Dar Ċentrali għaddejjin gass down, iċemplu lill-kunsilliera biex ifakkruhom id-data u l-ħinijiet tal-votazzjoni għal konferma tal-kap.  Bħallikieku l-Kunsilliera Nazzjonalisti ntamati, ma jiftakrux id-dettalji wara li rċevew ittra bid-dettalji mill-avukat Peter Fenech.  Saħansitra anki Bernard Grech innifsu qed iċempel u jitlob il-fiduċja.  Il-pressjoni tant hi kbira, li anki saħansitra qed iċempel lil min qatt ma kellmu jew anki lil min twarrab bil-pulit jew anki saħasnitra spiċċa ħażin miegħu.  Għax tassew irid ikollok wiċċek bla żejt biex titlob il-fiduċja lil min qtajtu mid-dinja minkejja l-validita’ tiegħu jew tagħha.  Li mhux jifhem Bernard Grech li l-persentaġġ li jġib is-Sibt li ġej, (ikun kemm ikun tajjeb), bih fit-tmun, ras il-PN tibqa’ mgħaddsa ġor-ramel.  Il-PN ġa kien imkisser. Grech ġabu rrelevanti.  Ma rridux ninsew li meta Kap itellaq waħdu, dan għandu jġib qrib jekk mhux il-full marks. 

Jogħxa b’deputati u kandidati li l-ħin kollu jieħdu r-ritratti mal-qagħaq tal-appostli jew għax xtraw figolla u warrab għal kollox lil min hu enċiklopedija miexja jew li ismu sinonimu mal-faqar jew lil min għamel ħoss ferm aktar minnu.  Imma rridu nżommu quddiem għajnejna li qed nitkellmu fuq karattru dgħajjef, insikur, jieħu għalih mix-xejn.  Anzjan fil-PN qal lil dan is-sit li qatt fl-istorja tal-Partit ma raha kap bħal dan, li jipproġetta lilu nniffsu bħala dak li jaf kollox, kburi bih inniffsu. L-anzjan ikompli jgħid li jaf sew lil Ġorg Borg Olivier, Eddie Fenech Adami, Lawrence Gonzi, Simon Busuttil u Adrian Delia, li lkoll kemm huma emmnu f’kawża.  L-unika kawża ta’ Bernard Grech hi biss li jara l-ħin kollu kif se jsalva ġildu u jibqa’ Kap.  “Mhux jinduna kemm warrab elementi validi u ddawwar bi sriep, wara li kissru xeba’ nies, imlew buthom u issa ħarbu l’hemm… hekk sew!  Illum nifhem aktar l-għaliex in-nies ma baqgħux jivvutaw lin-Nazzjonalisti.  Kont ilni nħoss realta’ totalment differenti bejn meta kont inkun l-istamperija u issa li nqtajt minn hemm ġew.”

Persuna oħra li tkellmet ma’ dan is-sit qalet li tħossha ferm aħjar, minn meta ddeċidiet li ma tathiex każhom, la darba twarrbet. “Qed ngħix mill-ġdid u ħadt ir-riedni ta’ ħajti mill-ġdid.  Ninduna kemm kont ikkundizzjonata biex ngħix f’straight jacket.  Joqtluk bil-pulit u joqtlulek kull inizjattiva.  Xeba’ ħars bl-ikrah jekk tgħid dak li temmen fih.  Qabel l-elezzjoni per eżempju ara ma jfettillekx tikteb jew turi li int kontra l-abort, għax iqaċċtulek rasek minn fuq għonqok. Hemm nies imwarrba mill-partit u li żgur ma ħaqqhomx dan.  Għadu ġej, anzi daħal mit-tieqa u rema ‘l hemm lil kull min taha ħajtu għall-maduma, bl-iskuża li “skaduti”.

Persuna oħra tkellmet magħna bl-ingliż.  Biex inkun leali lejn dak li qalet se nħalli kelma b’ kelma minkejja li bl-ingliż “He is toying with people’s lives with no empathy or the consciousness that behind every candidate there is a family, there is sacrifice, there is money invested, voluntary work and time spent away from loved ones.”  B’rabja u dieqa, din il-persuna tkompli tgħid li “One day he will understand because everyone has his exit in politics. When his comes along be will realise how many people he treated like trash.”

Xtaqt nagħlaq dan l-artiklu bir-raba’ persuna li tkellmet magħna. Ħallejtu għall-aħħar għax jiġbor il-ġist tal-weġgħat kollha li hemm fi ħdan il-Parit Nazzjonalista, minn membru f’sempliċi kumitat lokali, sa kunsilliera/sindki, sa kandidat jew anki deputat/i.

M’għadnix nagħti każhom.  Qed nieħu gost bija nniffsi li qed inkun kapaċi ninqata’ jew nissepara minn klikka kattiva.  Tajna tant ħin, warrabna l-familja, ħriġna tant flus u jiġi dan id-Diva jgħajjarna “Prima Donna”.  

Il-kliem barra fit-triq, kulħadd l-istess kelma, li bih fit-tmun il-PN ma jistax ibiddel il-perċeżżjoni ta’ partit li xi darba jista’ qatt ikun rebbieħ.  “Kemm għamilna sew tlaqna, ħallih ħa jarma bit-tfal, Parlament ġabu kindergarden.  Għax Bernard Grech ma jispirax tama u bit-tfal ma tista’ qatt tibni brand ġdida”  qalilna kunsillier tal-partit li deher imweġġa u ħosbien.             

Għax Nazzjonalisti ta’ rieda tajba jafu li billi jibqa’ hemm, se nkomplu naħlu ż-żmien, anzi bih fit-tmun il-PN riesaq lejn il-baħħ.  Imma dan li qabel sar kap tal-Partit Nazzjonalista ħadd qatt ma sema bih, sabha komdu jidħol fl-10:00 d-Dar Ċentrali, bix-xuffier, jiekol u jiffanga fl-uffiċċju, … u xi kultant jagħmel naqa’ workouts fil-gym!  Heqq, mhux komdu jżomm il-pożizzjoni…  

Leave a Reply

Your email address will not be published.