Il-kanuni dahru kontra t-tabib Frank Portelli: wieħed jistaqsi jekk hemm xi interest ta’ xi ħadd fl-iSptar St Philip?

Lovin Malta qaltilna li ċertu Bob Thissen daħal f’St Philip’s Hospital jiffilmja. Dan tella’ r-raportaġġ tiegħu fuq YouTube fejn għandu eluf ta’ nies li jarawh. Din l-istorja kienet ukoll segwita minn The Times. Wieħed mill-ewwel jistaqsi, dan x’daħal jagħmel f’dan l-isptar? X’kien jinteressah x’hemm u x’hemmx f’dan l-isptar? Imma forsi wieħed jgħid li dan hu parti minn investigazzjoni ġurnalistika.

Imma fil-verita’ lil min tinteressa din l-iskoperta jew x’fih l-isptar Saint Philip li fil-verita’ hu post abbandunat u ġa kien fl-aħbarijiet? Xi ħaġa tgħidlek li hemm xi ħaġa stramba wara dan il-fatt. Donnu jidher li hemm xi ħadd li għandu interess f’dan is-sit. Tgħid hemm xi ħadd li jrid dan is-sit għalih? Tgħid hemm xi interess minn xi individwu li jagħmel xi ħaġa minn dan l-isptar li issa wieħed irid jiftakar kemm ilu mitluq? Għalfejn wara dawn is-snin kollha tfaċċa barrani li daħal jiffilmja dak li fadal hemm ġew?

L-isptar huwa propjeta ta’ Dr Frank Portelli. Kemm-il darba qrajna u smajna li daħlu xi vandali u taw in-nhar jew għamlu ħsara f’dan is-sit. Mill-bqija qatt ma kellna lil dan l-isptar b’xi item fuq l-aħbarijiet. Nafu li snin ilu kien hemm ċans li dan l-isptar jibdel l-idejn mal-Gvern imma qatt ma rriżulta f’fatt. Dr Portelli kien wkoll offra l-isptar tiegħu biex jintuża bħala sptar ta’ kwarantina matul l-pandemija.

Din l-offerta ma ġietx aċċettata mil-Gvern u allura dan l-isptar baqa’ fi stat dilipidat kif għadu sal-lum. Dan ir-rapport li qrajna fil-media lokali donnu sar biex jikkrea kontroversja kontra dan l-isptar u b’mod partikolari kontra Frank Portelli. Imma l-iktar parti tar-rapport li fil-fatt ħolqot ftit kummenti kienet l-allegazzjoni li nstabu organi umani. Din hija storja li ma tantx tista’ titwemmen wisq. Kieku dawn l-organi veru kienu mixħutin f’xi kamra f’dan l-isptar u ma kienux preservati mill-kimika relatata, żgur li ma kienux jibqgħu fl-istat naturali tagħhom. Meta tqis kemm ilu magħluq, huwa diffiċli temmen li dawn l-organi jmorru għal żmien meta dan l-isptar kien jiffunzjona. Meta mistoqsi dwar dan il-fatt Dr. Portelli għamilha ċara li dawn iddaħħlu wara u fuq dan il-punt għandu raġun. Organi jipputtrifikaw ruħhom u jispiċċaw kieku tħallew dawn is-snin kollha.

Tidher li din l-allegata aħbar saret biss biex tiġbed ċertu ammont ta’ kummenti ftit wara li tkun imxerrda.

Bl-Ingliż hemm espressjoni meta jkun hemm aħbar bħal din: to smell a rat.

One thought on “Il-kanuni dahru kontra t-tabib Frank Portelli: wieħed jistaqsi jekk hemm xi interest ta’ xi ħadd fl-iSptar St Philip?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *