Id-dmir tal-kunsilliera Nazzjonalisti huwa li jisimgħu l-leħen tal-votanti u t-tesserati
Blog post minn vetaran min-naħa t’isfel ta’ Malta
Issa qegħdin fl-aħħar jumejn biex aħna l-kunsilliera imorru nagħtu l-vot tagħna biex napprovaw jew ngħidu le għan-nomina ta’ Bernard Grech biex jibqa’ jmexxi l-Partit Nazzjonalista.
Ma ninsewx li aħna qegħdin nivvutaw għan-nom tat-tesserati fi ħdan dan il-Partit u sas-sostenituri u l-votanti Maltin. Id-dmir tagħna hu li nisimgħu il-leħen ta’ dawn it-tesserati u sosteneturi. Għal daqstant nitlobkom li tkunu leali għal dak li qegħdin jgħidu dawn il-persuni.
Aħna l-leħen tagħhom.