Id-deputati qed ikunu mħeġġa jtellgħu messaġġi favur Bernard Grech fuq il-Facebook Page tagħhom
Bħalissa d-deputati Nazzjonalisti qed ikunu mħeġġa biex jimbuttaw lil Bernard Grech biex jibqa’ fit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista. Huma qed ikunu mħeġġa li jużaw il-Facebook Page tagħhom biex jintbgħatu dawn il-messaġġi lejlet l-elezzjoni tal-kap. Fil-fatt, dawn il-messaġġi qed ikunu ħafna simili. Dan jikkonferma li minn x’imkien ħarġet ordni jew intweriet xewqa biex jinkitbu dawn messaġġi fuq Facebook.
B’hekk f’dawn il-messaġġi qed jingħad li Bernard Grech huwa l-uniku mod kif il-PN jista’ jibdel l-opinjoni politika ta’ min ma jaqbilx mal-Partit Nazzjonalista u jibni relazzjonijiet magħhom. Fuq kollox, qed jinkiteb li Bernard Grech huwa l-bniedem li jista’ jgħaqqad lill-Partit Nazzjonalista.
Dawn il-messaġġi biex il-Partit Nazzjonalista jimmira għall-qlub tan-nies u favur l-għaqda jikkonfermaw dak li qed jinkiteb fuq dan is-sit li ma hemmx dik l-għaqda bejn id-deputati Nazzjonalisti. Bernard Grech qatt ma ġab din l-għaqda li l-Partit Nazzjonalista tant għandu bżonn.
Fuq kollox, anki jekk l-elezzjoni wriet ċar li l-poplu ma qabilx mal-viżjoni ta’ Bernard Grech, it-tmexxija qed tibqa’ timbotta l-mantra li l-Partit Nazzjonalista taħt Bernard Grech għandu viżjoni għal Malta u d-deputati qed ikunu mitluba biex ixandruha fuq il-Facebook Page tagħhom.
L-ghaqda li hemm fil-PN hija ghaqda tac-cimiterju. Hafna deputati qed ikollhom jobdu u jaghmlu posts favur Bernard Grech mhux ghax huma kuntenti bih imma ghax jafu li hu bniedem li jasal biex ikissrek. Ta’ min jghid li Bernard Grech minn dejjem kien ifissat li jrid id- deputati joqghodu jiccensawh fuq il- FB taghhom. Din tikkonferma kemm Bernard hu bniedem insigur. Bernard Grech bhalissa abbanduna it tmexxija tal- Partit u qed juza ir- rizorsi tal- partit biex jibqa kap. Ta min jerga jfakkar li qed issir survey biex jaraw kemm hu b’sahhtu Bernard Grech fost il- kunsilliera u dan qed jithallas mill- PN. Partit fallut u Bernard Grech ikompli jerdgha lil partit.