X’ġara eżatt ilbieraħ fil-laqgħa tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista: Mark Anthony Sammut qed jissemma għall-viċi-kap
Ilbieraħ kien hemm laqgħa tal-Grupp Parlamentari. Dwar din il-laqgħa l-Partit Nazzjonalista ħareġ stqarrija fejn qal:
L-Oppożizzjoni se tissokta bl-investigazzjoni dwar l-Electrogas fil-PAC F’laqgħa tal-Grupp Parlamentari li saret it-Tlieta filgħaxija, il-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista qabel u ddeċieda li fl-ewwel laqgħa tal-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi il-membri tal-Oppożizzjoni se jkunu qed jipproponu li tissokta l-investigazzjoni dwar ir-rapport tal-Awditur Ġenerali msejjaħ – Investigazzjoni fi kwistjonijiet li jirrelataw mal-kuntratti mogħtija lill-ElectroGas Malta Ltd mill-Korporazzjoni Enemalta. Il-membri tal-grupp Darren Carabott bħala Chairperson, David Agius u Graham Bencini se jkunu qed jitolbu biex din l-investigazzjoni tissokta mal-ewwel opportunita’.
F’din l-istqarrija ġa għandna ammissjoni li Bernard Grech qed jaqa’ għal dak li jrid Jason Azzopadi. Wieħed irid jiftakar li ċ-Chairman ta’ dan il-kumitat, Darren Carabott. kien qal fil-pubbliku li kien għadu kmieni wisq biex wieħed jikkommetti ruħu dwar id-diskussjonijiet li ser ikun qed jagħmel dan il-kumitat tal-kamra. Sadanittant, Jason Azzopardi qajjem il-kontroversja dwar l-Electrogas fejn qal li Bernard Grech ma tħalliex ikun l-avukat fil-kawża li qed issir fil-qorti dwar dan il-kuntratt. Wara din il-kontroversja, jidher li nbiddlet id-deċiżjoni u l-kumitat tal-kamra se rikompli jiddiskuti dan il-kuntratt. Dan ifisser li Jason Azzopardi rebaħ.
Imma kien hemm aktar affarijiet li ma ssemmux f’din in-nota. Għal din il-laqgħa marru għoxrin deputat Nazzjonalista biss. Dan ifisser li ħmistax kienu assenti. L-entużjazmu ġdid li Bernard Grech qal li għandu fil-grupp parlamentari tiegħu ġa huwa assenti. Waqt din il-laqgħa, il-grupp Parlamentari Nazzjonalista ddiskuta wkoll il-femmiċidju u l-IVF.
Dan in-nuqqas qed ikun interpretat bħala sinjal ta’ rabja u apatija fil-grupp Parlamentari Nazzjonalista. Ħafna deputati qed jindunaw li Bernard Grech qed jimbotta lid-deputati Graham Bencini u Rebekka Cilia. Fuq kollox, anki jekk ma telax, Bernard Grech qiegħed jimbutta anki lill-kandidat Joe Grech. U dan qed jagħmlu a skapitu ta’ dawk ġodda.
Fuq kollox qed ikun mistoqsi jekk Bernard Grech hux ser iżomm il-wegħda tiegħu u jagħmel viċi-kap mara. Wieħed irid jgħid li Bernard Grech kien qal li jrid mara viċi-kap. F’dan il-każ, ġa kienu ssemmgħu xi ismijiet femminili mill-grupp parlamentari, imma jidher li fuq din it-tema, Grech biddel fehmtu u issa qed jaħseb li jagħmel lil Mark Anthony Sammut bħala l-viċi-kap tal-Partit Nazzjonalista minflok Robert Arrigo.
Bir-raġun li qed jagħmlu s-survey għaliex Bernard Grech qed jitlef l-appoġġ tan-Nazzjonalisti. Illum ħafna Nazzjonalisti għandhom id-dubji serji fuqu.