The Times tippubblika l-istorja u l-isem tat-tifel tal-eks-Imħallef Patrick Vella: kien nutar li għamel frodi fuq numru ta’ klijenti
The Times ippubblikat l-istorja dwar it-tifel tal-eks-Imħallef Patrick Vella. Huwa l-ex nutar Thomas Vella. Mela dan is-sit ma jippubblikax fake news. Il-media qegħda kull darba tirreaġixxi jiem wara l-pubblikazzjonijiet tal-aħbarijiet fuq dan is-sit.
F’dan l-artiklu nsiru nafu li Thomas Vella kien jgħix ‘flamboyant lifestyle’. Bħala nutar, huwa qed ikun akkużat minn klijenti li ffrodhom.
It-Times jirreferu għall-fatt li kien Thomas Vella li tajjar, fl-2019, lill-Irlandiż David Cooley u li dwar dan il-każ ktibt fit-tul fuq dan is-sit.
Minħabba dawn l-akkużi, huwa tneħħielu l-warrant ta’ nutar. Il-kummenti li saru fuq The Times min-nies ma tantx huma sbieħ.
Biex persuna jgħix din it-tip ta’ ħajja, sinjal li kien hemm protezzjoni x’imkien. Wieħed jistaqsi mnejn u min kien qiegħed jipproteġih?