Claudette Buttigieg maħruqa li ma għadhiex deputy speaker: tiftaħ il-kanuni permezz ta’ mistoqsija parlamentari

Minn Osservatur Politiku

Leġislatura ġdida u jibdew l-attakki personali mill-istess klikka tas-soltu. X’se jagħmel Bernard Grech dwar dan? Tgħid se jibda juża d-dixxiplina li semma nhar il-Ħadd li għadda waqt l-intervista li kellu? Il-votanti Nazzjonalisti wrew biċ-ċar li ma ridux din it-tip ta’ politika. Fil-fatt Claudette Buttigieg ma ġietx eletta u daħlet fil-Parlament mill-ventilatur, cioe’ bil-mekkaniżmu tal-ġeneru. Imma wara t-tbeżbiża li ħadet fl-elezzjoni, ħadd ma kien jistenna li se tibda b’din l-attitudni mill-ewwel seduta fejn bdew jinstemgħu l-mistoqsijiet parlamentari, u ġa tidħol f’battibek man-naħa l-oħra.

Fil-fatt din kienet l-ewwel mistoqsija ta’ din il-leġislatura. Kellha tkun Buttigieg li tibda’ dan il-ħin tant importanti fil-Parlament b’togħma daqstant qarsa, tant li din il-mistoqsija spiċċa artiklu sħiħ fuq The Times. Użatha biex tagħmel attakk personali fuq partner ta’ ministru li skont Buttigieg ħadet sehem fil-kampanja elettorali. Waqt li wieħed jifhem li ċertu persuni fiċ-ċivil – li huma minn ċertu grad ‘il fuq ma jistgħux jieħdu sehem f’kampanji elettorali, dak li kellha tgħid jekk din il-persuna tidħolx f’din il-kategorija. Imma xorta, ma nemminx li din kellha titħalla għall-ewwel seduta.

Nispera u nittama li ma jkunx hemm aktar deputati li jiddakkru minn dan l-istil ta’ politika. Nisperaw li din il-politika ndifnet mal-leġislatura li għaddiet. Nawgura li kull deputat fuq in-naħa tal-Oppożizzjoni biex jagħmel ħafna mistoqsijiet, imma bil-għaqal ħalli verament jwasslu l-ħsibijiet tal-kostitwenti. Imma ma hemmx għalfejn nużaw din it-tip ta’ politika li għadha tkaxkar magħha Claudette Buttigieg, li fuq kollox rritornat fil-parlament wara li ġiet sfiduċjata fuq id-distrett imma daħlet grazzi għall-voti tan-nisa!. Jidher ċar li Claudette Buttigueg għadha maħruqa bir-riżultat elettorali li warrabha flimkien ma’ ħafna sħabha minn tqanżħu biex ġew eletti.

Jidher li Claudette Buttigieg hija wkoll maħruqa għal Bernard Grech li neħħieha minn Deputy Speaker minn fejn kellha paga oħra minbarra dik ta’ membru tal-parlament. B’dan l-istil ta’ mistoqsijiet Claudette qed tisfida lil Bernard Grech iżjed milli qed tisfida lid-deputati tal-Gvern.

2 thoughts on “Claudette Buttigieg maħruqa li ma għadhiex deputy speaker: tiftaħ il-kanuni permezz ta’ mistoqsija parlamentari

  1. l-ewwel nies li jaslu jikkritika huma dawk l-iffurtunati li personalment ikunu ghadom ma sofrewx azzjoni li tkun verament twegga. Anqas l-icken ideja ma jkollom kemm jezistu ingustizzji specjalment dawk li fuq ix xandir jitkelmu tahsibom mibghutin mis SEMA. imbghad ikollok kuntatt maghhom u jtuk bis sieq. GHAX STAZZJON TA RADJU TA PARTIT POLITIKU MA JAGHMILX PROGRAMM U MIN IRID IRESSAQ KAZ / KAZI u jkun responsabbli ta dak li jighd ? trid taghti ID CARD qabel iccempel.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *