Il-każ tal-Irlandiż qed jesponi lill-istat Malti għal numru ta’ kawżi u danni: issa jmiss kompensazzjonijiet kbar fil-każ tal-inċident li kien seħħ fiż-Żurrieq snin ilu

Matul il-ġimgħa li għaddiet tellajt artiklu fejn għidt li l-istat Malti jinsab espost għall-kumpensazzjonijiet kbar. Dan għidtu fid-dawl ta’ dak li seħħ ġewwa l-qorti suprema Irlandiża fejn persuna Irlandiża fetaħ kawża f’dan il-pajjiż wara li hu ħass li ma ngħatax kumpens minħabba l-istat ta’ saħħa li spiċċa fih wara inċident tat-traffiku. Din il-persuna Irlandiża, Mr. David Cooley kien ittajjar ġewwa Tas-Sliema minn sewwieq, li dan is-sit żvela li kien it-tifel tal-eks-Imħallef Patrick Vella.

Kien hemm persuni li kitbu fuq il-paġna tal-grupp tiegħi tal-Facebook fejn qaluli li f’dan il-każ, mhux l-istat Malti ser ikun qed iħallas it-3.1 miljun euro imma l-insurance. At face value, għandhom raġun għaliex il-kawża infetħet kontra l-insurance tas-sewwieq li f’dan il-każ kienet il-Mapfre. Imma jekk wieħed jaqra x’intqal fil-qorti Irlandiża, Cooley kellu jsib soluzzjoni f’dan il-pajjiż għal żewġ raġunijiet.

L-ewwel għaliex il-liġijiet Maltin ma jippermettux li persuna li soffriet inċident bħal tiegħu jagħmel kawża għad-danni ġewwa pajjiżna. B’hekk Cooley seta’ jagħmel din il-kawża ġewwa l-Irlanda minħabba direttiva Ewropea. Infatti, din il-kawża ma saritx f’Malta imma fl-Irlanda anki jekk il-każ seħħ f’pajjiżna.

It-tieni u din hija importanti ħafna, hemm il-kummenti tal-avukati ta’ Cooley innifsuhom li kienu ddisgustati bl-agħir tal-awtoritajiet Maltin f’dan il-każ. Fi kliem ieħor, l-avukati ta’ Cooley qed jgħidu li l-awtoritajiet Maltin – u hawn nifhem il-pulizija – ma mxewx kif kellhom jimxu. F’dan il-kuntest, l-avukati ta’ Cooley kienu kritiċi lejn is-sistema tal-amministrazzjoni tal-ħaqq ġewwa pajjiżna. Dan l-argument intlaq f’din il-qorti Irlandiża u l-imħallfin tagħha qablu miegħu

Imbagħad ħareġ, kif żvela dan is-sit, li l-persuna wara dan l-inċident kienet it-tifel ta’ eks-imħallef u l-awtoritajiet ħarġu verament ħżiena fih. Fuq kollox, ħareġ li dan it-tifel tal-eks-imħallef kien fis-sakra u l-livell ta’ alcohol kien ħames darbiet aktar milli suppost u xorta l-awtoritajiet Maltin ma ħadux passi.

Mela dawn huma raġunijiet oħra li ser jesponu lill-istat Malti għad-danni. Għalhekk fuq naħa għandna din is-somma li ġiet maqbula bejn l-insurance u l-avukati ta’ Cooley. B’hekk wieħed jifhem kif ġie argumentat li din is-somma ser titħallas mill-insurance. Imma min-naħa l-oħra, din l-istess sentenza qed tesponi l-istat Malti għad-danni, kemm mill-insurance – peress li dan ir-raġel kien taħt l-effett tal-alcohol u ma ttieħdet l-ebda azzjoni kontra tiegħu u għalhekk l-insurance ġiet liable u wisq aktar minn Cooley jew persuni li għaddew minn din l-istess .esperjenza u ma sabux ħaqq f’Malta minħabba li l-liġijiet Maltin ma tahomx protezzjoni.

Infakkar li ftit tas-snin ilu kien hemm dak l-inċident ikrah bid-Double Decker bus fiż-Żurrieq. Wieħed jistaqsi fid-dawl ta’ din is-sentenza mogħtija l-Irlanda lejn persuna waħda, x’ser jiġri eżattament f’dan il-każ fejn in-numru tal-vittmi huwa akbar?

One thought on “Il-każ tal-Irlandiż qed jesponi lill-istat Malti għal numru ta’ kawżi u danni: issa jmiss kompensazzjonijiet kbar fil-każ tal-inċident li kien seħħ fiż-Żurrieq snin ilu

  1. U fil Kaz tad double decker ma thumping Xejn ghax suppost l wind sbielata fejn nowghodu l passiggieri fun tkun fern oghla mil passiggieri. Suppost ghandna kumitat ta expert dear is sigurta fit toroq.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *