Paul Bonello tella’ post biex jgħid li hu jemmen dak li qal Albert Buttigieg
Paul Bonello, bniedem li kien involut fil-qasam finanzjarju tella’ post fuq Facebook fejn iddeskriva dak li qed jiġri fil-Partit Nazzjonalista bħala “purge” – tkeċċija. Din il-kelma tintuża b’referenza storika għal dak li kien għamel Josef Stalin fil-Partit Kommunista meta kien naddfu minn dawk li kien iqies bħala rivali tiegħu. U Bonello għandu raġun. Hu qed jgħid li dak li qed jiġri, jiġifieri li persuni qed jinghataw 24 siegħa żmien kien jirtiraw dak li qed jgħidu ma hu xejn għajr minn tattika Stalinjana. Fuq kollox, Bonello ddefenda lil Albert Buttigieg u qal li għandu kwalifiċi ambjentalisti u li hu ġenwin. B’hekk wera s-solidarjeta’ miegħu.
Paul Bonello huwa bniedem marbut mal-karru jew aħjar kawża ta’ Daphne Caruana Galizia. Wieħed irid jgħid kollox, li Daphne Caruana Galizia kienet anki attakkatu peress li fl-2013, Bonello kien ivvota Labour. Saħansitra kien tkellem f’meeting Laburista. Dan kien iddisgustat bil-PN u kien ippretenda aħjar minn dan il-partit. Biss meta mar mal-Gvern Laburista kien sar kritiku tiegħu minħabba li nduna li l-affarijiet ma kienux mexjin kif suppost. Infatti din il-kritika toħroġ fil-post li kiteb favur Albert Buttigieg. Wara li nqatlet Daphne Caruana Galizia, hu daħal b’ruħu u ġismu jikkritika lil gvern Laburista u saħansitra spiċċa anki jikkritika ħafna lil Adrian Delia minħabba l-insinwazzjonijiet li kienu qed isiru dwaru fil-media f’dik il-ħabta.

Fost dawk li għamlu like taħt il-post ta’ Bonello, insibu lil Rachel Williams and Antoine Vella li kienu n-nies li ħadmu ħafna biex itellgħu lil Bernard Grech. Insibu wkoll lil Frank Portelli u lil Chris Deguara. Dan ta’ l-aħħar huwa t-tifel ta’ Louis Deguara u Maria, li wieħed kien ministru u l-oħra deputata. Hemm ukoll Philip Rizzo li kien fil-media xi snin ilu. Rizzo kien close ma’ Louis Galea imma kienu ġġieldu fuq l-isptar Raffaele u kien wieħed minn dawk in-Nazzjonalisti li vvota Labour fl-2013. Imbagħad ma baqax jagħti s-support lilI-gvern tal-Labour wara li ma qabilx magħhom fuq l-Foundation For Tomorrow Schools.
Il-fatt li dawn għamlu like lil Paul Bonello hu statement qawwi.
Hu stramba ħafna kif il-gazzetti qegħdin b’ħalqhom magħluq. Ara kieku dawn l-affarijiet ġraw fi żmien Adrian Delia kieku l-mainstream media ġa faqgħet kullimkien.