Il-Grupp Parlamentari Nazzjonalista maħkum minn biża’ u terrur li qed ikun iffinanzjat minn “fat cats”
Dan is-sit jinsab infurmat li l-grupp parlamentari Nazzjonalista jinsab maħkum minn sitwazzjoni ta’ biża’ u terrur. It-tmexxija tal-partit qed tuża bullying tactics fil-konfront tad-deputati Nazzjonalisti li telgħu fil-parlament, b’mod partikolari lejn dawk li huma ġodda. Qed ikun muri lilhom ċar, bil-mod kif qed ikellimhom Bernard Grech li huma jafu l-pożizzjoni tagħhom u s-siġġu tagħhom fil-parlament lilu. Jekk huma mhux ser jiġbdu l-ħabel tiegħu u tal-klikka ta’ madwaru, li llum nafu, hemm warajhom il-“fat cats”, dawn ser jitilfu rashom.
Infatti dak li jiskantak illum fil-Partit Nazzjonalista, kif il-grupp parlamentari waqa’ f’silenzju kbir. Dan is-sit jinsab infurmat li dan kollu ġej minn din l-atmosfera ta’ terrur li Bernard Grech irnexxielu jdaħħal fil-Partit Nazzjonalista. Infatti, dawk li avviċinaw lil dan is-sit qalulu x’differenza hemm illum minn żmien Adrian Delia. Fi żmien Adrian Delia kien leġittimu li wieħed jitkellem b’mod miftuħ fil-Partit Nazzjonalista. Ma kien hemm l-ebda terrur. Kulħadd seta’ jitkellem u jgħid li jrid. Ħadd ma kien jgħid li meta titkellem u tgħid li trid, tkun qed tagħmel ħsara lill-Partit Nazzjonalista. Anzi kienu jgħidu li qed tagħmel il-ġid. Anki Bernard Grech kellu d-dritt li jitkellem u jgħid li jrid.
Illum kollox inqaleb. Dawk li kienu jgħidu li tista’ titkellem u tgħid li trid, inkluż Bernard Grech, Jeremy Gingell u Ray Bezzina, issa qed jgħidu li ħażin li wieħed jitkellem għaliex qed jagħmel ħsara lill-Partit Nazzjonalista. Issa Bernard Grech stess qed jgħid li jekk wieħed għandu xi toqla fuq l-istonku, dan għandu jżommha u ma joħroġhiex fil-pubbliku. Jekk toħroġha qed jhedded li jkeċċik mill-Partit Nazzjonalista. Mela dak li kien tajjeb fi żmien Adrian Delia, jiġifieri li wieħed jitkellem kontra l-kap, issa sar ħażin. Issa ma għadux tajjeb li titkellem kontra l-Partit Nazzjonalista u jekk titkellem kontra l-istess partit, illum ikun ifisser li titkeċċa minn dan l-istess partit.
Fi kliem ieħor, il-Partit Nazzjonalista qiegħed f’sitwazzjoni fejn dak li jgħid xi ħadd, ma għadux jgħodd għal Bernard Grech u l-klikka ta’ madwaru li hija imħallsa minn “fat cats”. Infakkar li Bernard Grech, Jeremy Gingell u Ray Bezzina marru ikliet mal-“fat cats”. Dawn kienu ikliet deskritti bħala fundraising activities li fihom ingħataw il-flus u sallum ma nafux jekk inħarġux irċevuti jew le.
Infakkar li sallum hemm tliet akkużi. Hemm l-akkuża li għamel Jason Azzopardi. Hemm l-akkuża li l-bieraħ għamel Albert Buttigieg u hemm l-akkuża jew l-akkużi li għamel dan is-sit. Dawn it-tliet akkużi huma l-istess: il-Partit Nazzjonalista li kien kontra l-korruzzjoni spiċċa jiekol minn fuq il-korruzzjoni.
Tiftakru kemm saru akkużi fuq il-membri tal-Board tal-Planning meta ġie approvat il-Proġett tad-DB Group f’San Ġiljan? Kemm qalu li dawk li vvutaw favur dan il-proġett kienu mixtrija mid-DB Group u saħansitra ġew akkużati li ħadu flus u ntalab li sakemm idumu ħajjin, jibqgħu jiġu segwiti u għandhom jibqgħu jagħtu rendikont tal-flus li daħlu tul ħajjithom kollha? Issa nafu minn mar mad-DB Group. Kien dan is-sit li żvela li Ray Bezzina, ir-right hand man ta’ Bernard Grech spiċċa jaħdem mad-DB Group. Issa x’ser jagħmlu dawk in-Nazzjonalisti, ħafna minnhom paladini ta’ Bernard Grech, li kienu akkużaw lil dawk li vvutaw favur il-proġett tad-DB Group bħala korrotti u mixtrija mill-istess DB Group?
B’hekk issa, kull darba li titfaċċa akkuża ta’ korruzzjoni fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech qed jiġi jgħidilna li “the case is closed” u l-anqas ikun laħaq lissen kliemu li ma jkollniex “new cases that are being opened”. Dan qed iwassal biex minflok li għandna partit fl-oppożizzjoni li qed jispira l-fiduċja spiċċa jispira l-isfiduċja. Dan kollu qed isir għaliex twarrbet it-transparenza fl-Partit Nazzjonalista. Dan seħħ billi dawk li ġew eletti ġodda qed jiġu bbuljati u tterrorizzati. Jekk ma joqgħodux kwieti, jiġu mwarrba.
Issa din id-dittatura qegħda bil-mod tinżel fuq il-livell tal-partitarji. Fi kliem ieħor, Bernard Grech issa jrid li anki s-supporters Nazzjonalisti jagħlqu ħalqhom. Dan il-proċess ġa nbeda. Kif irrapporta dan is-sit, tneħħew it-telefonati min-nies fuq l-istazzjonijiet tal-Partit Nazzjonalista. Dan hu suppost il-partit tan-nies. Dan hu l-partit li issa neħħa ċ-ċans tan-nies biex jitkellmu u jgħidu li jridu.
B’hekk it-trasparenza spiċċat għal kollox minn ħdan il-Partit Nazzjonalista. Il-biża’ spiċċa jirrenja fuq kull livell fi ħdan dan il-partit. Fi kliem ieħor, illum, aktar minn qatt qabel, dan hu partit li hu maħkum minn sens qawwi ta’ dittatura u din id-dittatura ġa tinħass fuq kull livell tal-istrutturi tiegħu. Dan qed jiġri għaliex llum dan hu partit li t-tmexxija tiegħu qegħda fil-but ta’ “fat cats”. Għalhekk hu fl-interess tat-tmexxija li kulħadd jibqa’ b’ħalqu magħluq. U biex wieħed jasal għal din it-tip ta’ sitwazzjoni, ma hemmx triq oħrajn għajr l-istrateġija tal-biża’ u t-terrur fuq kull livell ta’ struttura fi ħdan il-Partit Nazzjonalista.
L’istorja tal PN ghad trid terga tinkiteb mil gdid, il buzullotti li qedin naraw jigru taht ghajnejna hemm hafna konsegwenzi li l-partit irid jaddi minnhom. Jien niskanta kif min 35 deputat fil grupp parlamentari hadt minnhom ma jlissen kelma belghu lsinhom. Dawn jafu li gejja damdima ohra u Alla jbierek id dinja kollox business as usual. Kif fqajtuh partit, tal misthijja.
Is-sabiha hi li Ray Bezzina li kien vicin ferm ta’ Bernard Grech qallilna li l-impieg mad- db ma kellux x’jaqsam mal- fatt li kien l- id il- leminija ta’ Bernard Grech. Mela ghalfejn impjegawh id-db? Tghid raw is- success li ghamel ma’ George Pullicino tant li tort tal- arroganza ta’ Ray Bezzina, George Pullicino spicca ma telax fil- Parlament? Jew il- fatt li bl- istrategija ta’ Ray Bezzina il- PN garrab l- akbar telfa elettorali? Jew forsi id-db iggustaw kif Ray Bezzinq haruf ma’ min hu tal- flus imma imbaghad zorr u iebes ma’ min hu zghir. Hallina Sur Bezzina. Hsara biss ghamilt fil-PN u hadt eluf ta ewros paga ghalxejn
Mur stahba. Tgid mhux se nemmen lilek Sur Bezzina u ma nemminx lil Albert Buggieg.