Anna Mallia tagħmel akkuża serja fil-kontra tal-ġudikatura: tgħid li l-avukati jibżgħu jitkellmu biex ma jkunux ivvittimizzati

L-avukata Anna Mallia tellgħet post fuq il-pagna Facebook tagħha biex tgħid li hemm membri tal-ġudikatura li għandhom kawżi quddiemhom li ilhom erba’ jew ħames snin għas-sentenza. Imma l-avukati qed jibżgħu jitkellmu minħabba li jekk jiftħu ħalqhom, dawn il-membri tal-ġudikatura ipattuhielhom, jiġifieri itellfuhom il-kawża. B’hekk skont Anna Mallia, din qed tikkrea sitwazzjoni ta’ biża’ fil-qrati tagħna. Din hija tirannija legali. Din hija asserzjoni gravissima li turi li fil-qrati tagħna ma hemmx imparzjalita’ fost x’uħud mill-ġudikanti tagħna.

Ma għandhiex dubju li l-maġġoranza huma korretti, imma hemm min qed jabbuża mill-pożizzjoni tiegħu jew tagħha. Nispera li l-ministru tal-ġustizzja jieħu nota ta’ dan il-post, għaliex dan ma sarx minn persuna kwalunkwe, imma minn avukata li taħdem il-qorti u żgur taf l-affarijiet tagħha.

Leave a Reply

Your email address will not be published.