Is-sindku Nazzjonalista ta’ San Ġiljan jagħmel akkuża serjissima kontra Bernard Grech: jgħidlu li ħadem kontrih fuq struzzjonijiet ta’ kuntratturi

Is-sindku Nazzjonalista ta’ San Ġiljan, Albert Buttigieg għamel akkuża serjissima kontra l-Partit Nazzjonalista. Hu staqsa jekk persuna qrib ta’ Bernard Grech, u hawn jidher li qed jirreferi għal Ray Bezzina, ħadimx kontra tiegħu biex ma jitlax? Albert Buttigieg fakkar li hu kien kritiku ta’ kuntratturi li hu sejħilhom “fat cats”. Fakkar li persuna qrib Bernard Grech – hawn kien qed jirreferi għal Ray Bezzina – sab xogħol ma’ wieħed mill-kuntratturi li l-istess Buttigieg oppona l-proġetti tiegħu. Għalhekk huwa qed jistaqsi jekk hemmx korrelazzjoni bejn il-fatt li ma ngħata ebda exposure mill-Partit Nazzjonalista qabel l-elezzjoni u dan il-fatt.

Buttigieg fakkar li l-Partit Nazzjonalista taħt Bernard Grech ħadem fi strateġija biex jimbotta ċertu kandidati kontra oħrajn. Kien jagħżel min jidher u min ma jidhirx fuq il-programmi tat-Television u matul il-kampanja elettorali.

Fi kliem ieħor, Buttigieg qed jistaqsi jekk Ray Bezzina kienx miftiehem ma’ dan il-kuntrattur jew kuntratturi biex jaħdem kontrieh ħalli ma jitlax fl-elezzjoni li għaddiet. Imma Albert Buttigieg ma jieqafx hawn. Hu jagħmel akkuża serja. Hu jgħid li kien sar ftehim bejn persuna mill-partit Nazzjonalista u kuntrattur ħalli hu ma jitlax fil-Parlament. Hu jgħid li persuna qaltlu li kien hemm tete-a-tete meeting fejn fih sar arrangament bejn uffiċjal għoli tal-partit u “fat cat” partikolari biex il-Partit Nazzjonalista jaħdem kontra tiegħu ħalli ma jitlax. Buttigieg ma jagħtix l-isem ta’ dan jew din l-uffiċjal.

Din hija akkuża serja ħafna. Buttigieg qal li dan il-meeting sar fil-bidu ta’ din is-sena u fih ġie miftiehem biex lilu jagħlqulu ħalqu. Hawn Buttigieg jagħmel numru ta’ mistoqsijiet u jistaqsi jekk l-amministrazzjoni jew il-kap kienx jaf b’dan il-ftehim u fuq kollox jekk għaddewx flus minn dan il-fat cat għand din il-persuna biex il-Partit Nazzjonalista jaħdmet kontra tiegħu.

Wieħed jista’ jaqbel jew ma jaqbilx ma’ Albert Buttigieg. Imma Albert Buttigieg hu xewka f’sorm il-kuntratturi. Fuq livell lokali, hu dejjem ħa l-pożizzjoni tar-residenti meta ffaċċjat minn żvilupp. Iġġieled mal-ikbar żviluppaturi fost id-DB, Ta’ Tabona u anki tad-DB Group. Forsi xi drabi deher fundamentalista fl-approach tiegħu imma dejjem kien favur l-istess residenti.

Leave a Reply

Your email address will not be published.