Mark Anthony Sammut jiċħad dak li kitbet fuqu Deborah Mifsud: Mifsud tirriafferma dak kollu li kitbet

Mark Anthony Sammut ċaħad dak li kitbet fuqu Deborah Mifsud jiġifieri li hu qatt ma tawwal il-laqgħat jew li hu ma ħallihiex tivvota kmieni ħalli titlef appuntament mediku. Skont Sammut dak li qalet Deborah Mifsud hija ‘storja oħra ivvintata mal-kullana ta’ stejjer ivvintati li qed jitfaċċaw fuq dan is-sit‘.

Hu kompla jgħid li:

Fis-sentejn li fihom servejt ta’ President tal-Kumitat Eżekuttiv qatt ma kien hemm elezzjoni ta’ uffiċjal wieħed tal-Partit. L-elezzjoni tal-uffiċjali ma tmexxietx minni, għax kienet appuntu l-laqgħa li fiha ġejt elett President jien.

Rigward il-possibilita ta’ votazzjoni kmieni f’xi vot tal-Kumitat Eżekuttiv, kif qed jiġi msemmi f’dan il-post, din qatt ma saret. La fis-snin ta’ qabel kont President jien, la fiż-żmien li fih kont President jien, u lanqas fis-snin ta’ wara. Vot fil-Kumitat Eżekuttiv dejjem ittieħed x’ħin imiss fl-Aġenda, bin-nies preżenti, u f’każ ta’ vot sigriet dawn dejjem jiġu mgħajjta f’ordni alfabetiku, bl-istess mod kif jiġri fil-Parlament.

Dejjem hekk sar ma’ kulħadd, u qatt ma ġie diskriminat ħadd.

JIġifieri skont Sammut huwa qatt ma tawwal il-laqgħat jew ma tahx permess lil Deborah Mifsud tivvota kmieni jew li tawwal xi laqgħa biex MEPs jilħqu jiġu minn barra biex jivvutaw. Daqt jibda jgħidilna li hija kalunnja u storja ivvitanata li hu ħadem kontra Adrian Delia biex jitwarrab minn kap, jew li mar fis-satra tal-lejl għand Louis Galea biex jaħdem kontra l-kap tal-Partit. Anzi daqt nibdew nisimgħu li huwa dejjem kien ħabib u ħadem f’armonija ma’ kull kap li kellu l-PN u bħala prova li anki ħadem f’armonija ma’ Adrian Delia ser iġib ir-ritratt tal-ikla li ħa miegħu.

Min-naħa tagħha, Deborah Mifsud reġgħet affirmat ma dan is-sit dak kollu li kitbet fuq Mark Anthony Sammut waqt li fakkritu li:

Anki li mort tiġbor il-firem hija gidba? … Ħa ħa ħa… The biggest clown on earth… Ammetti Mark Anthony li żbaljajt u li għidt jien kollu minnu… Possibli li taqra dan l-artiklu u deep down taf li veru u l-kuxjenza ma tnigżigx???… Imma x’nies inthom għid… Inkredibbli. Ehh x’tagħmillek ħuta fuq platt u siġġu tad-deheb fil- parlament

Dak li qalet fl-aħħar sentenza qalitu b’referenza għal meta Mark Anthony Sammut mar jiekol ma’ Adrian Delia u għall-fatt li llum hu membru parlamentari.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *