Meta l-laqgħa tal-Esekuttiv ittawlet sas-siegħa ta’ filgħodu biex jivvutaw David Casa u Roberta Metsola
Kitba ta’ Deborah Mifsud
Ftit ġimgħat ilu kont ktibt kif Mark Anthony Sammut kien irrifjuta li jħallini nivvota kmieni minħabba li kelli nieħu it-tifel għand it-tabib. Ta’ min jinnota li early voting saret passi f’pajjiżna minħabba li qatt ma kienet introdotta sistema ta’ votazzjoni diġitali. Anki fl-elezzjonijiet ġenerali nistgħu nivvutax qabel imma mhux fl-esekuttiv li kien imexxi Mark Anthony Sammut!
Qatt ma assumejt li suppost f’tellieqa bejn il-ħbieb din il-possibilita’ tiġi skartata. U jien tlabt li nivvota dak in-nhar kmieni peress li l-laqgħa bdiet tittawwal għal xejn, imma xorta ma kontx ingħatajt dan id-dritt.
Din ma kienetx l-unika laqgħa li ttawlet apposta meta Mark Anthony Sammut kien imexxi l-Esekuttiv. Kien hemm diversi. Il-laqgħat tal-esekuttiv kienu jittawlu intenzjonalment apposta biex jeħdulek saħħtek. Litteralment, kienu jsiru argumenti vojta. Fi kliem ieħor, kollox kien ikun intenzjonat u magħmul bi skop. Kienu jagħmlu apposta u joqgħodu jilgħabu bil-kliem. Kienu qishom qed jittorturawk biex taqta’ qalbek u titlaq.
Beppe Fenech Adami kien espert hawn. Meta kien jitkellem, kont qiesek qed tara film tal-ħabsin tal-gwerra. Tant kienu jittawlu għal xejn il-laqgħat li normalment laqgħa ta’ siegħa kienet tittwal sa tard bil-lejl. Darba minnhom meta kien hemm l-elezzjonijiet tal-uffiċjali tal-partit, konna vvutajna biss 85 persuna minħabba li domna sa xi siegħa ta’ filgħodu.
F’laqgħa oħra partikolari bdew jiddiskutu ħafna affarijiet li ma jagħmlux sens. U dan dejjem bil-barka ta’ Mark Anthony Sammut. Din il-laqgħa baqgħet tiġġebbed ukoll sa tard billejl. Imbagħad skoprejna r-raġuni għala Mark Anthony Sammut u l-klikka tiegħu bdew iġebbdu biex jilħqu jaslu mill-ajruport David Casa u Roberta Metsola. Din qatt ma kienet ġrat qabel. Jiġifieri laqgħa tiġġebbed biex xi ħadd jilħaq jasal minn barra. Imma saret għax Mark Anthony kien ċert li dawn kienu ser jivvutaw mal-fazzjoni tiegħu.
Dan hu l-mod ta’ kif Mark Anthony Sammut kien immexxi l-esekuttiv meta kien president tiegħu.
Imbagħad jien ma tħallejx nivvota kmieni għaliex kelli appuntament mediku imma laqgħa tal-esekuttiv setgħet tittawwal bla preċedent biex żewġ membri jilħqu jaslu minn barra biex jivvutaw!
Filibustering mela. Prosit MAS…..Fik ragel, partikolarment ghax ma hallejtx omm tivvota qabel il-hin propju minhabba impegji ta omm! Tajjeb li nfaffruhomlok illum, Jum L-omm dawn l-affarijiet.
Mark Anthony Sammut l istorja ghad tinkiteb. Int se tinbqa tisemma bhala wiehed mill- ewlenin li kissirt il-PN. Guda iehor.
Humbaghd jigu iwaddbulna ritratt ta ikla bejn il hbieb fuq fb nitbissmu isu ser ninsew kollox. Nifhem li ex kap irid juri li issa dak li gara gara, imma ahna le mhux ser ninsew min xix ghddewh il partit u lil partitarji f’dak liktar zmien iswed fl’istorja tal partit.
Storja oħra ivvintata mal-kullana ta’ stejjer ivvintati li qed jitfaċċaw fuq dan is-sit.
Fis-sentejn li fihom servejt ta’ President tal-Kumitat Eżekuttiv qatt ma kien hemm elezzjoni ta’ uffiċjal wieħed tal-Partit. L-elezzjoni tal-uffiċjali ma tmexxietx minni, għax kienet appuntu l-laqgħa li fiha ġejt elett President jien.
Rigward il-possibilita ta’ votazzjoni kmieni f’xi vot tal-Kumitat Eżekuttiv, kif qed jiġi msemmi f’dan il-post, din qatt ma saret. La fis-snin ta’ qabel kont President jien, la fiż-żmien li fih kont President jien, u lanqas fis-snin ta’ wara. Vot fil-Kumitat Eżekuttiv dejjem ittieħed x’ħin imiss fl-Aġenda, bin-nies preżenti, u f’każ ta’ vot sigriet dawn dejjem jiġu mgħajjta f’ordni alfabetiku, bl-istess mod kif jiġri fil-Parlament.
Dejjem hekk sar ma’ kulħadd, u qatt ma ġie diskriminat ħadd.