Tony Sultana, il-kap tal-MITA, qed jissemma’ bħala s-Segretarju Prinċipali Permanenti l-ġdid
Il-persuna li qed tissemma li ser tieħu post Mario Cutajar bħala Segretarju Prinċipali Ewlieni hija Tony Sultana li huwa l-kap preżenti tal-MITA. Skont TVM, il-Prim Ministru qal li ser ikun qed iħabbar l-isem tal-persuna li ser tkun qed tieħu din il-kariga ta’ PPS lill-kabinett nhar it-Tnejn li ġej. F’din l-intervista lill-TVM, il-Prim Ministru ma tax l-isem tal-persuna tagħha. Il-Prim Ministru ta x’jifhem li din il-persuna hija ġa magħżula. Sorsi infurmati sew qalu lil dan is-sit, l-isem li qed jissemma’ b’mod persistenti għal din l-kariga’, kif ġa għidt fuq, huwa Tony Sultana.