Il-media “indipendenti” taf għal min kien qed jirreferi Jason Azzopardi fid-dikjarazzjonijiet tiegħu imma tibqa’ b’ħalqha magħluq
Fid-dikjarazzjoni li għamel Jason Azzopardi meta rreżenja mill-Partit Nazzjonalista qal li żewġt iqraba ta’ Yorgen Fenech iltaqgħu ma’ Bernard Grech waqt ikla li kienet saret f’Diċembru li għadda. Hawn irid jingħad li ‘l hekk imsejħa media indipendenti taf min huma dawn iż-żewġ qraba li Jason Azzopardi kien qed jirreferi għalihom.
Il-media indipendenti ġiet infurmata li Jason Azzopardi kien qed jirreferi għal Silvan u ħuh Matthew Fenech kemm meta għamel referenza dwar qraba ta’ Yorgen Fenech u issa f’din id-dikjarazzjoni li huwa għamel. Dawn huma t-tfal ta’ Ninu Fenech. B’hekk Matthew u Silvan jiġu kuġini ta’ Yorgen Fenech. Wieħed irid jgħid li Ninu Fenech ilu li nqata’ għar-rasu mit-Tumas Group. Infatti, dan qalu Jason Azzopardi stess meta qal li dawn ma għandhomx x’jaqsmu man-negozju tat-Tumas Group.
Infatti, Matthew u ħuh Silvan ma għandhomx relazzjoni kummerċjali u l-anqas ta’ tip ieħor ma’ Yorgen Fenech. Infakkar li missierhom Ninu, kien ħareġ mit-Tumas Group qabel il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Hu kien ħareġ meta missier Yorgen, Ġorġ, kien għadu ħaj.
Dak li jolqot f’dan il-każ, li sa ftit ilu, kull dettall li kien jgħid Jason Azzopardi fuq il-familja Fenech kien jispiċċa fuq il-gazzetti tal-mainstream media fl-ewwel pagni. B’mod partikolari, The Times, il-Malta Today u l-gazzetta diġitali tal-Knisja kienet titkellem fuqu. F’daqqa waħda waqa’ s-silenzju stampa.
Dan mhux l-uniku dettal li dawn in-newsrooms jafu fuq dan il-każ. Anki jafu li Bernard Grech jaf lit-tfal ta’ Ninu on first name basis, tant li waqt il-kampanja elettorali ltaqa’ ma wieħed minnhom b’kumbinazzjoni u sejjaħlu b’ismu. Ma hemm xejn ħażin dwar dan. Qed insemmih biss biex nuri d-differenza u kif taħdem din il-media li tridha ta’ indipendenti. Ara issa, ma hix qed titkellem fuq dawn il-każijiet u tgħidilna x’għarukaża. Ara issa tar-Repubblika u Manuel Delia mhux qed jiktbu u jipprotestaw dwarhom. Anzi issa qed taqbel ma’ Bernard Grech u fejn jidħlu r-relazzjonijiet tal-familja Fenech miegħu, għal din il-media, issa dan hu każ magħluq.
Ghalek, konkluzjoni hijja li l’Poplu Malti ma jemminx lil midja ta dawk li jissejjhu INDIPENDENTI inutli iharbxu u jhazzu fuq il gazzetti ghax ma ghadu jemminhom hadt.
U tar Republic…..xsar minnhom?? fejn qedin? tghid camping quddiem id depot?
Alla ħares f’dan il-pajjiż naslu fl-istat li bil-flus tixtri l-proklami! Inkunu missejna l-qiegħ fil-veru sens tal-kelma. Diġa għandna fejn li bis-saħħa tal-flus tkun tista’ tasal fejn trid!