Għall-media u għall-Partit Nazzjonalista l-allegazzjonijiet fuq Bernard Grech jinsabu magħluqa

Ilbieraħ, Times of Malta qaltilna li Bernard Grech jikkonsidra s-sitwazzjoni tal-allegazzjonijiet li xandar Jason Azzopardi huwa każ magħluq. Fl-istess waqt, Bernard Grech qal lil Jason Azzopardi li għad hemm post għalih fil-Partit Nazzjonalista. It-Times fir-rapport tagħha (li hu mehmuż ma dan l-artiklu) irrapurtat hekk:

The situation is closed as far as I am concerned,

Dan huwa il-kliem ta’ Bernard Grech waqt li kien qed jirrispondi xi mistoqsijiet wara l-laqgħa tiegħu maċ-Chamber of Commerce.

Mela hawn għandna sitwazzjoni li allegazzjonijiet bħal dawn ma jsarrfu xejn għax Bernard Grech iddeċida li jagħlaq il-każ. Dak kollu li qal Jason Azzopardi, li jista’ jkun veritier u jista’ ma jkunx’, jiġi deċiż mill-bniedem involut fl-istess allegazzjonijiet u l-ħajja tibqa’ għaddejja qisu qatt ma ġara xejn.

Inħossni żbalordit kif jista’ dan il-bniedem jiddeċiedi kollox waħdu mingħajr ma jqis li jista’ jkun hemm xi konsegwenzi. Fuq kollox, jidher li The Times ramiet lil Jason Azzopardi u qegħda issa tagħti s-support tagħha lil Bernard Grech, anki jekk hemm akkużi li hu biċċa waħda mat-Tumas Group. Għat-Times u l-ġurnalisti, allegazzjoni dwar konnessjonijiet tal-familja Fenech ma’ politiċi ma għadhomx aktar ta’ skandlu politiku!

Is-sabiħa hi li membri tal-Partit Nazzjonalista qed itugħ l-appoġġ tagħhom mingħajr ma ssir l-ebda tip ta’ investigazzjoni. Mela Dr Grech qed iħossu komdu għax il-Kunsill Amministrattiv tiegħu tah vot ta’ fiduċja unanimu u allura jħossu sodisfat li jista’ jibqa’ għaddej qisu ma ġara xejn.

Ikollok taħseb li anke l-grupp parlamentari, li ltaqa’ lbieraħ t’lura, tah ukoll l-appoġġ tiegħu għalkemm ma ħareġ xejn uffiċjali.

L-ewwelnet lbieraħ filgħodu kellu numru mdaqqas ta’ deputati li marru miegħu għand iċ-Chamber of Commerce. Dan jurik li, almenu dawk li marru jħossuhom komdi li jakkompanjaw lill-kap tagħhom. Din kienet show of force kontra Jason Azzopardi. Fosthom kien hemm deputati li normalment kienu ma’ Jason Azzopardi nnifsu. Hawn qed nirreferi għal Mark Anthony Sammut.

Allura dawn id-deputati jidhrilhom li l-allegazzjonijiet kollha għandhom jieqfu jew jindifnu u qishom ma sarux? Mela permezz ta’ dan il-meeting li sar fiċ-Chamber of Commerce, intbagħat messaġġ lil Jason Azzopardi li meta jiftaħ ħalqu jew jallega xi ħaġa fuq xi ħadd, ħadd ma ser jagħti kasu aktar, speċjalment id-deputati tal-Partit Nazzjonalista, inkluż dawk li xi darba kienu miegħu. U l-media tal-onesti ser tkun qed tagħmel l-istess.

Barra minn dan kollu, Bernard Grech deher trankwill jwieġeb il-mistoqsijiet mhux bħal ma deher wara l-laqgħa tal-Kunsill Amministrattiv. Jidher li reġa’ sab il-kalma tiegħu issa li għandu l-appoġġ tal-Kunsill Amministrattiv u mid-dehra tal-grupp parlamentari.

Imma wieħed jistaqsi, min tah id-dritt li jikkonsidra l-każ tal-allegazzjonijiet magħluq meta ma sar ebda tip ta’ inkjesta? Jiġifieri ftit diskussjonijiet interni, ma xi organi tal-partit tiegħu stess, jeħilsuh u jnaddfuh minn kull ħtija? Kemm jinbidlu ż-żminijiet. Illum kap għandu d-dritt divin li jiddikjara li l-każ huwa magħluq u kulħadd jaqbel miegħu, inkluż il-media li tridha tax-xempju tal-valuri ġurnalistiċi. Jiġifieri llum qed jgħidulna li ma għandniex għalfejn nitkellmu fuq is-sitwazzjoni iżjed għax hekk iddeċieda Bernard Grech.

Jew aħjar ngħidu, li dak li kien jintqal qabel kien kollu fabbrikazzjoni tal-media u tal-istess grupp li wżaw l-istorja traġika ta’ Daphne Caruana Galizia biex żammu t-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista f’idejhom u kissru oppożizzjoni għall-interessi tagħhom.

4 thoughts on “Għall-media u għall-Partit Nazzjonalista l-allegazzjonijiet fuq Bernard Grech jinsabu magħluqa

  1. Bernard Grech jista’ jagħlaq il-każ kemm irid għall-Partit Nazzjonalista. Għal dak l-aġir irid jirrispondi lit-tesserati u l-kumplament tal-Partit. Kuntenti huma, kuntent kulħadd. Għalina ċ-ċittadini komuni l-każ għadu miftuħ beraħ, aktar u aktar meta hu stess xeba’ jinsinwa u jattakka nies b’korruzzjoni u nies fil-business huma viċin il-Partit Laburista. F’dan il-kuntest tgħidx kemm issemma r-raba sular!!! Dr Grech tippruvax tgħaddi n-nies biż-żmien għaliex wara ser tinduna li diskorsok ser ikun l-akbar għadu tiegħek.

  2. Mela dan ifisser li dak kollu li kien jighd JA fil Parliament u Barra dwar korruzzjoni nqisuh kas maghluq ghax kien kollox ivvintat u insinwazjonijiet foloz Punto e Basta. Il poplu Malti ghalek ta damdima ohra lil PN ghax qatt ma belgha dan il gideb.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *