Jidher li kien fuq parir ta’ Louis Galea, li d-Deputati Nazzjonalisti ser ikunu qed jivvutaw kontra l-ispeaker

Bħal ma ħabbart, it-Tlieta filgħaxija saret laqgħa tal-grupp parlamentari Nazzjonalista. Fiha ma ttieħed l-ebda vot ta’ fiduċja f’Bernard Grech. Minflok, din il-laqgħa ġiet użata biex il-grupp jiddiskuti l-pożizzjoni li ser jieħu l-Partit Nazzjonalista dwar l-għażla tal-ispeaker.

Dan is-sit jinsab infurmat li l-Partit Nazzjonalista jinsab maqsum bejn il-grupp ta’ Louis Galea u dak ta’ Lawrence Gonzi. Skont sorsi infurmati tajjeb, kien Louis Galea li ta pariri lil Bernard Grech biex iħalli lid-deputati ta’ żmien Gonzi barra. B’din il-manuvra, Louis Galea ħa supravent fuq Lawrence Gonzi fil-Partit Nazzjonalista

Fil-verita’ Louis Galea għadu joħlom li jsir president u għalhekk saret pressjoni biex meta l-Partit Nazzjonalista jiġi biex jiddeċidi fuq l-ispeaker, il-grupp jieħu pożizzjoni kontra, anki jekk personalment ma hemm xejn kontra Anġlu Farrugia.

Fil-verita’ ftit kienu dawk fost id-deputati tal-idea li jivvutaw kontra l-għażla ta’ Anġlu Farrugia bħala speaker. Ġa ħareġ fil-media, li fost dawk li fil-grupp parlamentari kienu kontra kien hemm Beppe Fenech Adami, Karol Aquilina u Mark Anthony Sammut. Ovvjament dawn ma semmgħux l-interess ta’ Louis Galea. Kulħadd jaf li dawn huma qrib ħafna ta’ Louis Galea tant li tnejn minnhom kienu marru saħanistra fid-dar tiegħu. Galea qed jargumenta li kif il-Partit Nazzjonalista kien għażel lil missier Robert Abela, president, issa jmiss lil Robert Abela li jagħżel persuna mill-Partit Nazzjonalista bħala president. Wieħed irid jiftakar, li meta Gonzi għażel lil George Abela president, dan għamlu għad-detriment ta’ Louis Galea li xtaq din il-kariga.

Anki Bernard Grech kien oriġinarjament favur din l-għażla ta’ Anġlu Farrugia għall-Ispeaker. Din kienet ir-raġuni għala ma ppronunzjax ruħu. Minflok Karol Aquilina, Mark Anthony Sammut u Beppe Fenech Adami ġabu l-argument li Anġlu Farrugia ma kienx parzjali. Jidher li dan l-argument ħa s-supravent u b’hekk il- grupp Nazzjonalista ser ikun qed jivvuta kontra l-ispeaker

Dak li mhux qed jinduna il-Partit Nazzjonalista li b’din il-manuvra mhux ser ikun qed isaħħaħ idejn l-istess partit. Jekk qed jaħseb li biha ser jibgħat messaġġ biex sentejn oħra, meta tiġi għall-għażla ta’ president, jinsab kompromess fuq Louis Galea – ħalli jkun hemm vot unanimu – mhux ser ikun daqshekk faċli. Imma fuq din nikteb f’artiklu separat.

Jekk id-deputati Nazzjonalisti jivvutaw kontra l-għażla mill-ġdid ta’ Anglu Farrugia bħala Speaker, dan xorta ser issir għax il-gvern għandu l-maġġoranza tas-siġġijiet. Speaker jiġi elett fuq 50 fil-mija tal-kamra. Imma l-Partit Nazzjonalista jrid is-support tad-deputati tal-gvern biex imbagħad id-deputy speaker, li Bernard Grech ġa għażel, jiġifieri David Agius, ikun mill-kamp Nazzjonalista.

Kemm l-ispeaker u d-deputy speaker jiġu magħżula wara vot li jittieħed fil-parlament. Jekk in-Nazzjonalisti ma jivvutawx għall-ispeaker, x’ser iżomm id-deputati Laburisti milli jivvutaw biex David Agius ikun deputy speaker?   Ma naħsibx li l-Lebjer jaqa’ għan-nasba li jivvota kontra David Agius. Anzi jivvota favur ħalli aktar iġib lill-Partit Nazzjonalista jidher tar-redikolu. Fuq kollox, l-argument li qed issir, li Robert Abela ma kkonsultax mal-oppożizzjoni fuq l-għażla tal-iSpeaker l-anqas ma hu ser iżżomm. Il-mistoqsija tiġi waħidha. Bernard Grech ikkonsulta mal-Gvern fuq l-għażla tiegħu li David Agius ikun d-deputy Speaker? Dażgur li le.

2 thoughts on “Jidher li kien fuq parir ta’ Louis Galea, li d-Deputati Nazzjonalisti ser ikunu qed jivvutaw kontra l-ispeaker

  1. Mela dinosawru bħal Louis Galea għadu jħuf f’kurriduri tal-poter??? Nixtieq nisma’ kumment minn Dr Franco Debono dwar Louis Galea u l-indil tiegħu fil-PN. Jidher ċar li ħadd ma jikkonsulta ma’ ħadd; la l-Gvern ma’ l-oppożizzjoni dwar il-ħatra ta’ l-ispeaker u lanqas viċi-versa dwar il-ħatra ta’ deputy speaker! Minn din il-logħba vaveska, jidħer ċar li l-PN l-aktar li għandu x’jitlef!!!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *