Illejla Bernard Grech ser ilaqqa’ l-grupp parlamentari Nazzjonalista u wisq probabbli jitlob vot ta’ fiduċja
Dan is-sit jinsab infurmat li llejla Bernard Grech ser ikun qed ilaqqa’ l-grupp parlamentari Nazzjonalista. Huwa stramb ħafna li Bernard Grech ilaqqa’ dan il-grupp meta l-parlament għadu magħluq u l-ewwel ħaġa li ser ikun hemm huwa d-diskors tat-tron. B’hekk ma hemmx liġijiet x’jiġu diskussi.
Sorsi li kkuntattjaw dan is-sit sostnew li din l-laqgħa hija marbuta mal-kontroversja li nqalgħet f’dawn il-jiem fejn Bernard Grech qed ikun akkużat li ħa flus mingħand businessmen magħrufa. Fuq kollox, hemm l-akkużi ta’ Jason Azzopardi u dak li seħħ matul dawn il-jiem.
F’dan il-kuntest, mhux qed ikun eskluż li Bernard Grech qed ilaqqa’ dan il-grupp biex jitlob vot ta’ fiduċja mid-deputati Nazzjonalisti. B’hekk waqt din il-laqgħa, id-deputati preżenti jkunu maħsuda bil-proposta li għandu jittieħed dan il-vot favur tiegħu.
Dan jista’ jitolbu huwa stess, imma jekk ikun ftit aktar intelliġenti, jqabbad lil xi ħadd mid-deputati tiegħu biex jressaq din il-mozzjoni ta’ fiduċja u mbagħad din tittieħed – bħal ma jiġri dejjem – b’show of hands. B’hekk din tkun mozzjoni ta’ fiduċja stage-managed.
Wara toħroġ stqarrija fejn fiha jingħad li l-Grupp Parlamentari Nazzjonalista, b’vot unanimu, wera l-fiduċja tiegħu f’Bernard Grech!
F’pajjiz demokratiku anki Bernard Grech ghandu dritt jitnejjek bih in-nifsu. Jekk jaghmel hekk ma jkun jaghmel xejn hlief li jkun qed jitnejjek b’hadd hlief bih in-nifsu. Min jaf lil Bernard jaf li gimmick bhal din jidhol ghaliha b’ruhu u gismu.