Fl-ewwel tliet ġimgħat mhux ser jgħaddu liġijiet biex ix-shadow ministers Nazzjonalista jorjentaw ruħhom mal-oqsma tagħhom aħjar

Permezz tal-Whip tal-Partit Nazzjonalista, Robert Cutajar, Bernard Grech leħaq ftehiem mal-gvern biex fl-ewwel tliet ġimgħat ma jgħaddux liġijiet ġodda imma joqogħdu jiddiskutu d-diskors tal-president jew kif konna ngħidulu fl-imgħoddi id-diskors tat-tron. Kull darba li jinfetaħ parlament ġdid, il-President tar-Repubblika jiġi fil-Parlament biex jindirizza lid-deputati. Fih jaqra l-programm tal-gvern u fejn il-gvern ikun irid imur.

Ir-raġuni għala Bernard Grech irid li l-ewwel tliet ġimgħat il-gvern ma jgħaddix liġijiet imma joqogħdu jiddiskuti dan id-diskorsi ġej mill-fatt li hu qed jammetti li għandu ħafna deputati ġodda u dawn ma jafux l-proċeduri u l-oqsma tagħhom li bihom ġew inkarigati biex jissorvelljaw. Mela fuq naħa, Bernard Grech jiftaħar bid-deputati l-ġodda tiegħu u fuq in-naħa l-oħra, li l-qodma kollha bl-expiry date.

Mela waqt li fil-pubbliku jgħid x’suċċess għamel li għandu ħafna ġodda, fil-privat qed jgħid li dawn iridu jingħataw ċ-ċans li jitgħallmu u jsibu saqajhom. Kif spjegajt, dawn it-trattativi mal-leader of the House għamilhom Robert Cutajar fil-pożizzjoni tiegħu ta’ whip.

Din qatt ma ġrat fil-Parlament Malti. Id-deputati l-ġodda kienu jitilqu mill-ewwel u mhux joqogħdu jingħataw training sessions. Il-ministri li ħatar Robert Abela bdew mill-bidu mill-ewwel.

Kieku jien nistħi nagħmilha xi ħaġa bħal din għax ikun qed inbaxxi d-deputati tiegħi u nuri x’inkompetenza teżisti fil-Partit li qed immexxi.

3 thoughts on “Fl-ewwel tliet ġimgħat mhux ser jgħaddu liġijiet biex ix-shadow ministers Nazzjonalista jorjentaw ruħhom mal-oqsma tagħhom aħjar

  1. Mhux ahjar milli jkollna nirrapurtaw ic-cucati? Diga’ kellna lil dak li se jipproponu ghall-presidebt tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubblici juri li anqas jaf kuf jahdem dal-kumutat! L-orjentazzjoni tajba!

  2. U mela diga’ insejt Dr Mercieca.
    Kif kont aććennajt fil-Kummentarju tieghi bilkemm gimgh’ilu, tant holoq ‘Overlaps’ u duplikazzjoni fir-rwoli u responsabilitajiet li alloka lil 32 mill-35 Deputat Parlamentari fl-Opposizzjoni li issa kull meta tkun sejra titqieghed proposta ta’ Ligi gdida, ii-Grupp Parlamentari Nazzjonalista ikollu isejjah lit-teknici tieghu sabiex kull darba jigi identifikat il-Kelliemi Ewlieni li ikun/tkun sejjer/sejra jigi/tigi fdat/a bil-pożizzjoni u argumenti rispettivament favur jew kontra l-Abbozz tal-Ligi kif tkun giet proposta. U ikollu jigi dećiż liema Deputat li jkun inhatar fix-Shadow-Portafoll partikulari ikun/tkun sejjer/sejra jigi/tigi inkarigata iressaq/tressaq xi emendi ghan-nom tal-Opposizzjoni Nazzjonalista.

  3. Imbasta Bernard il-Puppatur jiftahar bil- godda. Bernard jiehu gost ikun imdawar bil-godda ghax hu bniedem insigur u jhossu mhedded min politici li ghandhom l- esperjenza. Ma nafx meta dawk li japoggjawh se jindunaw li dan il-bniedem se jkisser il-PN.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *