Il-bieraħ numru ta’ delegati Laburisti taw doċċa kiesħa lil Robert Abela: id-dissens mid-delegati jikber b’aktar minn 14%
Il-bieraħ kien hemm il-vot ta’ fiduċja f’Robert Abela u fit-tmexxija tal-Partit Laburista. Permezz ta’ dan il-vot, kif mistenni, Robert Abela u t-tmexxija reġa’ ġiet kkonfermata. Robert Abela ġie rikonfermat bħala mexxej tal-Partit Laburista. Robert Abela tellaq waħdu – kif mistenni – imma ħa vot sigriet kif ħadet it-tmexxija. Wieħed ma kienx jistenna li jkunu kkontestati għaliex ma jagħmilx sens li jkun ikkontestat kap ta’ partit li rebaħ elezzjoni. Imma xorta, kontra dak li ġie rrappurtat fil-media, din ma kienetx konferma b’saħħitha fil-mexxej Laburista u t-tmexxija tal-partit bħal ma ġie rrappurtat fil-media.
Infatti, għal darba oħra, il-Lejber lagħab fuq il-logħba tal-perċentaġġi. Intqal li l-Prim Ministru ġab 96.7% tal-voti mitfugħa, id-deputat mexxej 95.3% u Daniel Micallef 96.5%.

Wieħed irid jiftakar li għal din l-elezzjoni kienu intitolati jivvutaw d-delegati tal-Partit Laburista. Dawn huma n-nies fil-qalba tal-partit li għalihom il-Partit Laburista jiġi l-ewwel u qabel kollox. Dan is-sit jinsab infurmat li kien hemm numru ta’ delegati li ma kienux sejrin jivvutaw. Infatti, dan is-sit jinsab infurmat li saret pressjoni kbira fuq dawk id-delegati li ma kienux marru, biex imorru u joħorġu jivvutaw. Saħanistra bdew iċemplu li dawk li ma marrux jivvutaw. F’Għawdex, il-pressjoni kienet ħafna ikbar. Biss xorta waħda kien hemm min ma waqgħax għall-pressjoni u xorta ma marx jivvota. Infatti madwar 68 delegat għażlu li jibqgħu d-dar u ma jmorrux jivvutaw. Il-Partit Laburista qal li 678 delegat marru jivvutaw. In-numru tad-delegati hu ta’ madwar 749. Minn barra dawn, kien hemm 25 delegat li vvutaw kontra u numru ta’ delegati li ħassru l-vot tagħhom. Imma ma ntqaltx kemm huma l-voti invalidi.
Issa 96% ta’ 678 jagħmel 650.08 tad-delegati. B’hekk id-differenza hija ta’ 29 delegati. Dawn huma uffiċjalment kontra t-tmexxija preżenti. Nafu li 25 delegat ivvotaw kontra. B’hekk jifdal erba’ li presumibilment dawn tefgħu l-vot invalidu. Imma milli jidher li kien hemm aktar voti invalidi. Issa jekk wieħed jgħodd 30 ma’ 70, dawn jagħmlu 100 delegat fuq 749 li b’xi mod jew ieħor urew li mhux kuntenti b’Robert Abela u t-tmexxija preżenti. Mela jidher li l-appoġġ reali ta’ Robert Abela u t-tmexxija preżenti hija ta’ madwar 86%. Jibqa’ perċentaġġ qawwi imma wieħed kien jistenna li jkun aktar qawwi meta wieħed iqies ir-rebħa li għamel il-Partit Laburista. F’dan il-kuntest, hu importanti li l-Lejber jgħid eżatt kemm hu n-numru tal-voti invalidi.
Fi kliem ieħor, wieħed ma jistenniex li Prim Ministru u t-tmexxija tiegħu, li rebaħ elezzjoni bħal din, ikollu dan it-tip ta’ dissens espress fost id-delegati tiegħu stess. Hawn qed nitkellmu żgur li aktar minn 14% tad-delegati – u dan hu estimi konservattiv ħafna – li għażlu bl-azzjoni tagħhom li juru d-dissens lejn it-tmexxija preżenti tal-Partit Laburista.
Il-Partit Laburista għandu jagħmel eżami tal-kuxjenza għaliex bosta nies li tradizzjonalment dejjem kienu wara wara l-Partit, anke fl-aktar żminijiet diffiċli, issa qed jinfattmu minnu. Il-weġgħat huma kbar. Hemm weġġħat personali, b’mod speċjali dawk li jaħdmu fiċ-ċivil fejn iħossu li ġew trattati ħażin. Oħrajn jinsabu disgustati bl-iskandli li tappnu x-xogħol tajjeb li wettaq il-Gvern tul is-snin. Oħrajn li huma xellugin iħossu li PL tbiegħed sew mill-prinċipji soċjalisti u allura jinsabu diżillużi! Oħrajn iħossu li ċertu gruppi soċjali (bħas-settur tal-kostruzzjoni) ġew aġevolati ħafna għad-detriment tal-kumplament. Twieldu karattri li donnu ħadd ma jista’ għalihom u qed jurtaw bosta nies. Importanti li ssir analiżi serja tar-riżultat elettorali għaliex din l-emoroġija tikber tista’.
Ahna limwegga U tajna sinjal flelezjoni Jew ma ivutajnix Jew hassarna Il vot. Issa jmiss l elezzjoni tal eu.u natu sinjal aktar qawwi Robert Abela NESa Il grass roots shame on him
Simon Mercieca nispera li temmen li f’partit politiku li jhaddan b’mod qawwi d-demokrazija, li tastjeni jew li tivvota kontra huwa ferm accettabbli. Naf li fil-partit tieghek din ma tezistix. Allura qed tipprova ddahhal id-dubju wkoll fil-PL. Int qed tipprova ddahhal id-dubju fuq dawk il-persuni li ghazlu li ma jehdux sehem fil-votazzjoni. Il-kliem tieghek, “madwar” “numru ta’ delegati” “milli jidher” “estimi konservattiv” huma kollha ntizi biex idahhlu d-dubju.
Ma ntikx tort!!! Il-partit tieghek ilu stordut u ma jafx fejn qieghed ghal dawn l-ahhar 9 snin (mill-inqas). Barra minnhekk, ghandkom kap li d-demokrazija ma jafx xi tifsser. Ux veru?
Oqghod ikkonsla b’dawk il-mitt delegat li ghal xi raguni ma vvutawx (anke jekk ma setghux imorru minhabba bosta ragunijiet).
Haga wahda hi zgur. Fadallek hafna snin tikkonsla b’affarijiet zghar ghax fadlilkom hafna snin fl-oppozizzjoni…………..jekk tibqghu tezistu wara kollox!!!!!
Sur mercieca mela malta hsibta l korea ta fuq jekk qed tahseb li bli qed targumenta se toprova idahal feles fin nies li tant ihobbu lil partit laburista ghadek tafx kemm ghandek lura ghax jien.nista ntik garanzija li din l kitba hija sintomu ta dwejjaq kbar fil partit.nazzjonalista ghax kul min hu f sensih qeq jara wahdu fejn spicca dnub li ADRIAN DELIA BAQA BARRA.mit teliqa ghal kap xejn xejn kien jumilja li dak li se jtelaq wahdu.