Tberbiq ta’ flus bl-addoċċ fid-Dar Ċentrali fuq materjal li mbagħad spiċċa ma ntużax

Fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista hemm ammont ta’ billboards ipprintjati. Dawn għadhom fil-plastic. Milli jidher dan il-materjal politiku ġie pprintjat għalxejn. Kulħadd jaf kemm jiswa billboard wieħed. Aħseb u ara ammont ta’ materjal għall-billboards li issa jista’ jmur fiż-żibel.

Hawn ta’ min wieħed jistaqsi jekk dan il-materjal kienx parti mill-istrateġija ta’ Christian Peregin? Infakkar li Bernard Grech ammetta li anki jekk telaq, Peregin għadu hemm jagħti l-pariri wara l-kwinti.

Imma l-agħar, dan jirrifletti mismanagement kbir ta’ flus f’partit li qed jegħreq fid-dejn u xorta jibqa’ għaddej jonfoq bl-addoċċ qiesu, kif kienu jgħidu l-antiki, tomorrow never comes.

3 thoughts on “Tberbiq ta’ flus bl-addoċċ fid-Dar Ċentrali fuq materjal li mbagħad spiċċa ma ntużax

  1. Xi ħadd għandu jerfa’ r-responsabbilta’ ta’ dan l-infiq ta’ flus għalxejn u għandna dritt inkunu nafu min kien u kif se jirrimedja. Kulħadd għandu jinżamm accountable.

  2. Dawn in-nies verament kienu qed jemmnu li setgħu qatt imexxu dan il-pajjiż meta jidher ċar li lanqas ħwejjiġhom m’huma kapaċi jieħdu ħsieb???!!!

  3. Umbad tghaddi hdejn l Airport u ghadek tara poster ta Bernard Grech. Li kienu serji jaraw min bghabas.you

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *