Ir-radio tal-Partit Nazzjonalista qata’ l-phone-ins biex ma jkollux Nazzjonalisti jistaqsu fuq l-amministrazzjoni ħażina taħt Bernard Grech

Dan is-sit ġie kkuntattjat min-numru ta’ partitarji Nazzjonalisti fejn infurmawh li r-radio tal-Partit Nazzjonalista ma għadux jieħu phone-ins waqt il-programmi transmessi minn fuq dan l-istess radio.

Persuni nnutaw li ma għadux ikun hemm aktar telefonati fejn il-preżentaturi jiftħu l-linja għas-semmiegħa. Xi ħadd iċċekkja mal-istazzjon u b’mod pulit tawh x’jifhem li ħarġet ordni minn fuq biex ma jiftħux aktar il-linji tat-telefon fuq ir-radio tal-Partit Nazzjonalista.

Ir-raġuni hija li hemm wisq biża’, li jekk jinfetħuhom, jkun hemm min juża r-radio biex jistaqsi dwar id-dejn u kif dan akkumula għall-32 miljun euro u x’għamel Bernard Grech biex irażżnu. L-establishment, kif qal xi ħadd li kkuntattja dan is-sit ma jridx li jkun hemm kritika lejn Bernard Grech. Il-kritika lejn Bernard Grech qed tiżdied minħabba l-pożizzjonijiet li qed jieħu.

Dan hu partit li jiftaħar li hu favur il-liberta’ tal-espressjoni u mbagħad jagħlaq il-linji tar-radju tiegħu għaliex hemm biża’ kbira li xi semmiegħ Nazzjonalista jikkritika lil-Leader Maximus tal-Partit Nazzjonalista.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *