Disperazzjoni fost il-ħaddiema tad-Dar Ċentrali: min jista’ qed jaħseb għar-rasu
Dan is-sit jinsab infurmat li hemm disprament fost il-ħaddiema tad-Dar Ċentrali. Ħafna llum qed jagħrfu li ma għandhomx futur ma’ Bernard Grech u l-impjieġ tagħhom jinsab mhedded minħabba t-tmexxija tiegħu.
Bernard Grech jaf tajjeb b’dan id-disprament tant li wara l-elezzjoni ma kellux il-kuraġġ jaffronta lill-istess ħaddiema, imma bagħat ħaddieħor biex ikellimhom. Dan is-sit jinsab infurmat li ġa saret laqgħa mal-ħaddiema nhar it-Tnejn li għadda, imma Bernard Grech ma marx jaffrontahom u ma attendix għaliha.
Hemm minn fosthom li ġa ħaseb għar-rasu. Ġa ħareġ fil-pubbliku li Lisa Spiteri spiċċat minn mal-Partit Nazzjonalista. Hija serja taħdem ma’ Roberta Metsola. L-istess għamel Neil Smart Constantino. Anki qed jingħad li Carmen George ser titlaq minn mal-Partit Nazzjonalista. Hemm oħrajn ukoll, barra dawn li semmejt, li jidher li ser jibdlu x-xogħol tagħhom. Imma ħafna oħrajn ma jafux fejn ser jagħtu rashom.

Wieħed irid jiftakar li meta Bernard Grech kien ġab lil Christian Peregin, hu kien laqqa’ lill-ħaddiema. Għal din il-laqgħa kien attenda ukoll id-deputat Nazzjonalista Karl Gouder. F’dan il-perjodu, Karl Gouder kien jokkupa l-kariga ta’ Chief Executive tal-Partit Nazzjonalista.
Din il-laqgħa kienet saret biex ikun ippreżentat Christian Peregin lill-ħaddiema. L-għażla ta’ Peregin kienet ġiet definita minn Karl Gouder lill-ħaddiema tal-Media tal-Partit Nazzjonalista bħala mossa cobra. Bernard Grech kien preżenti għal din il-laqgħa u kien iddeskriva lil Peregin bħala s-salvatur tal-Partit Nazzjonalista. Fuq kollox, f’din il-laqgħa Bernard Grech kien qal lill-ħaddiem biex jagħtuh ċans lil Christian Peregin. Hu kien insista magħhom, li Christian Peregin kien jaf x’inhu jagħmel.
Illum il-ħaddiema stess qed jgħidu li l-Partit Nazzjonalista tilef b’40 elf vot. Illum l-istess ħaddiema qed jistaqsu fuq il-paga ta’ Christian Peregin u qed jgħidu kemm kienet ġustifikata meta dan ħa over partit milli b’dejn u mhux talli ma ġabx riżultati, talli d-dejn baqa’ tiela’.
L-ambjent hu tqil ħafna fid-Dar Ċentrali u Bernard Grech qed jevita li jaffronta lill-istess ħaddiema personalment. Illum il-ħaddiema stess tad-Dar Ċentrali qed jagħrfu li kemm ilu li ħa f’idejh it-tmexxija Bernard Grech, hemm mismanagement kbir ta’ flus.
It seems it is the beginning of the end!!!
Bernard se titlob vot sigriet ghall konferma tieghek bhala kap. Wara telfa ta’ 40,000 u wara li accertajt li se telaq wahdek hu l-anqas haga li ghandek taghmel. Kun ragel. Tkunx bezziegh.