Aktar milli politika tat-twerwir, Bernard Grech qed imexxi politika li timita’ l-ħażin tal-politika tal-Partit Laburista

Blog post minn Osservatur Politiku

Il-bieraħ, il-Partit Laburista tagħna artiklu fejn qalilna li Bernard Grech għandu politika ta’ twerwir. Dan intqal f’kuntest li skont il-aħbarijiet tal-Lejber, Grech werwer lil kull min ried jikkompeti miegħu. Huwa fatt li f’dawn l-aħħar ġranet assistejna għall-messaġġi ta’ twerwir lejn xi kontestanti li setgħu ħarġu biex jiġġieldu għall-pożizzjoni ta’ kap.

Issa din il-politika tat-twerwir qed tkun indirizzata lejn dawk kollha li jikkritikaw lill-Partit Nazzjonalista fuq is-social media. Din il-politika ta’ twerwir reġgħet ħarġet fl-aħħar intervista li Bernard Grech ta l-bieraħ fejn reġa’ indirizzata lil dawk kollu li b’xi mod qed jikkritikaw lill-Partit Nazzjonalista. Araw x’qalilna waqt l-intervista li kellu ma’ Andrew Azzopardi.

Mhux ħa naċċetta illi l-ħaddiema (tal-media) jagħmlu s-sagrifiċċji imbagħad ħaddieħor imur joqgħod jagħmel il-ħsara lill-Partit u jkisser is-sagrifiċċju ta’ dawk il-ħaddiema”.

Mistoqsi mill-preżentatur għal min qed jgħid, Dr Grech kompla

għal kull min b’xi mod fil-passat, fil-preżent jew fil-futur kien, huwa jew se jkun qiegħed jagħmel ħsara lill-partit. U għalhekk tkellimt ċar fuq il-qagħda finanzjarja, biex kulħadd qabel jagħmel il-ħsara jifhem li mhux lili ikun qed jagħmel ħsara, mhux lili, ikun qed jagħmel ħsara imma lill-partit kollu, inkluż il-ħaddiema, inkluż il-voluntiera, inkluż l-attivisti, inkluż in-Nazzjonalisti li jittamaw li l-Partit Nazzjonalista jrid ikun, jerġa’ jkun, saħħa politika illi jerġa’ jiggverna.

Dawn huma attakki fuq ix-xandir ta’ kull mod li jinstab f’pajjiżna. Huwa attakk fuq il-gazzetti, fuq id-djar tal-aħbarijiet, imma fuq kollox fuq kull min jikteb fuq kwalunkwe meżż soċjali li jeżistu fil-pajjiż. NIspera li tal-PEN jiftħu ħalqhom issa jew dan id-diskors sar jogħġobhom!

Wieħed jistaqsi, din x’politika hi? Dan jaħseb li hu ta’ Werwer? Dan qed jaħseb li qed imexxi xi stat dittatorjali? Dan mingħalih ser jagħlaq ħalq lil kull min jikkonsidra li għandu jikkritika lill-Partit Nazzjonalista, dan kollu għax hemm hu kap tal-partit? Inutli joqgħod jitfa’ lill-ħaddiema tal-partit fuq quddiem biex mingħalih jinqeda bihom. Kulħadd jaf bis-sagrifiċċji li jagħmlu l-ħaddiema imma mhux se jimpressjona lill-ħadd b’dan it-tip ta’ theddid.

Anzi għal kuntrarju, ser jifferoċja iżjed lil kull min iħoss li għandu jwassal messaġġ permezz tal-media soċjali. Bernard Grech irid jirrealizza li hu qed imexxi partit li dejjem iġġieled favur il-liberta tal-istampa. Mela mhux ser jiġi issa u mingħalih jaqħlaq ħalq dawk li jridu jikkritikaw jew jiktbu dwar il-Partit Nazzjonalista.

Jidher ċar kif ġa ntqal f’dan is-sit, li llum Bernard Grech irid jimita il-ħażin tal-Partit Laburista. Fuq kollox ma ddejjaqx f’din l-intervista jgħid u ħa nerġa’ nikkwota

Aħna qed nagħmlu eżatt kif jagħmel il-Partit Laburista“.

Imma l-Labour abbanduna l-politika tal-vjolenza ħafna snin ilu – minn meta Alfred Sant ħa t-tmexxija tal-Partit f’idejh. Issa Bernard Grech irid juża l-l-Partit Laburista bħala role model għalih u għall-partitarji tiegħu u jimita dak li ħafna Nazzjonalista bħali, iġġilidna għalih fit-tmenijiet – il-liberta’ li tgħid li trid mingħajr ma taqla’ xi xebgħa.

Mill-bqija, il-Partit Nazzjonalista kien jgħajjar il-Lejber lill-Gvern ta’ Joseph Muscat bħala gvern korrott. Nispera li hawn ma għandix ammissjoni li taħt it-tmexxija tiegħu, Bernard Grech irid issa jimita l-politika ta’ Joseph Muscat. Jekk dan huwa minnu, allura dan huwa verament ta’ werwir!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *