L-expiry date ta’ Jason Azzopardi ġiet imposta min-negozjanti: Ray Bezzina immanuvra minn wara biex Jason Azzopardi ma jkunx imbuttat fil-Partit Nazzjonalista
Illum waqt programm fuq r-Radju tal-Knisja ma saret l-ebda referenza għall-pożizzjoni ta’ Bernard Grech fuq l-abort, imma saret referenza minn Bernard Grech għal Jason Azzopardi. Bernard Grech qal li kull politiku għandu expiry date u qal ċar u tond, li Jason Azzopardi illum huma politiku li spiċċa għaliex l-expiry date tiegħu waslet.
Imma wara din l-istqarrija, Bernard Grech irid jiċċara ċertu affarijiet. Veru li qabel l-elezzjoni saret ikla ma’ negozjanti magħrufa li fiha dawn qalu li huma lesti jibqgħu jagħtu flus dment li Jason Azzopardi ma jibqgħax fil-PN? Din l-ikla saret f’Diċembru li għadda u fiha dawn in-negozjanti taw kontribuzzjoni lill-Partit Nazzjonalista. Wieħed jistaqsi jekk Bernard Grech kienx għal din l-ikla? U veru li l-mistieden speċjali ta’ din l-ikla qalhom lil dawn in-negozjanti biex ikellmuh wara l-elezzjoni jekk Jason Azzopardi jkunx tela’ jew le?
Hu fatt magħruf fiċ-ċrieki interni tal-PN li Ray Bezzina kien qed jagħmel il-politika interna ta’ min jidher u ma jidhirx fil-Partit Nazzjonalista u liema kanditati jiġu mbuttati u liema le. Dan is-sit żvela li Ray Bezzina mar mad-dB Group.
Infakkar li Ray Bezzina, iddaħħal direttur minn Bernard Grech. Ray Bezzina huwa biċċa waħda ma’ ta’ Repubblika. Illum ħiereġ ċar li Ray Bezzina, f’isem Bernard Grech immanuvra minn wara biex Jason Azzopardi ma jitlax għaliex Jason Azzopardi skaditlu l-expiry date. Infakkar li l-Partit Nazzjonalista ta imbuttatura tajba lil Mark Anthony Sammut li minbarra li ħareġ fuq id-distrett ta’ Azzopardi, jiġifieri r-raba’ distrett, ħareġ fuq distrett ieħor li fuqu ried joħroġ Jason Azzopardi, imma ma tħalliex ħalli jkun imbuttat Mark Anthony Sammut.
Jien ma jiddispjaċinix xejn li Jason Azzopardi ma telax. Daq ftit mill-velenu u l-ħdura li jħobb jisqi lill-ħaddieħor. Nieħu pjaċir li ġie migħlub minn sħabu stess ta’ Repubblika u n-negozjanti sħabhom, li wara li użawh ramuh biex tellgħu minn floku lil Mark Anthony Sammut. Imma din id-darba ma jistax iwaħħal f’Yorgen Fenech. Għax Yorgen Fenech żgur ma kienx għal din l-ikla, għaliex il-qrati tagħna ma jridux jagħtuh il-liberta proviżorja.
Kemm infakkar li Jason Azzopardi stess qal li hu ġie deliberatament iżolat mill-Partit Nazzjonalista u wieħed minn dawk li kien jiddetermina minn jidher u ma jidhirx, liema kandidati jiġu iżolati u dawk li jiġu mbuttati ma hu ħadd ħlief Ray Bezzina li llum sar direttur mad-dB Group!
Hawn nerġa infakkar lil Jason Azzopardi x’kitbet fuqu Deborah Mifsud:
“lI-ħdura ma twasslek imkien sieħbi. Min minn għalik kien sieħbek waħħalulek għax hu tela’ minn żewġ distretti fuq id-distretti tiegħek u int bqajt barra fuq is-siġġu tal-kċina tgerrem difrejk u tiggranfa max-xaħam biex forsi titla’.“
Issa, Jason Azzopardi, oqgħod hemm ibki xortik bħal tarbija.