Satira politika: l-innu ġdid tal-PN miktub minn Jesmond Saliba
Dan hu l-innu ġdid li kiteb Jesmond Saliba li fih qaxxar b’mod tajjeb ħafna x’inhu l-Partit Nazzjonalista llum. Huwa għalaq dan l-innu bl-arma tal-Partit Nazzjonalista rasha l-isfel. Prosit ta’ din is-satira politika. Verament miktuba tajjeb ħafna.
PN taz-Zett . . .
Fejnu l-PN,
li kien jerbaħ kull sfida,
li tant kont inħobb,
u li tant nammira?!
Il-kelma Nazzjon,
ma stajniex nużaw,
u b’leħen sod
nitolbu ħa nisfidaw!
Iż-Żejtun immorru
ma riduniex,
tismagħha wkoll,
ma temminiex!
Aktar ma sawtuna,
aktar issaħħaħna,
u kull sfida quddiemna,
dejjem irbaħna!
Malta Indipendenti,
u Malta Ewropeja,
għall-partit tagħna,
x’kull Odisseja!
Mexxeja kbar,
nies ta’ valur,
li bl-akbar għaqal
qraw il-futur!
Illum għandna,
vapur fil-maltemp,
u dak fit-tmexxija,
għall-passatemp!!
Kaptan mifxul,
li ma jiswix karlin,
flokk iż-żamorra,
rema l-aqwa baħrin!
Issa dal-PN,
fejn ser tieħduh,
wara li rmid,
fl-aħħar ġibtuh!
B’demm żagħżugħ,
taparsi fdejtuh,
u t-Twemmin Nazzjonalist,
diġa’ qtiltuh!
Rasu l-isfel,
saqajh il-fuq,
dal-partit,
hekk qlibtuh!
Nies Imbeċilli,
w Opportunisti,
li tippużaw,
ta’ Nazzjonalisti!
Kull min irid,
Partit Populista,
l-aqwa partit,
dak Laburista!