Roberta Metsola tibgħat messaġġi kontrastanti dwar il-pożizzjoni tagħha fuq l-abort f’dokumentarju li għadu kif sar dwar Malta

Kummentarju minn Dr Hermann Farrugia

In-Newsportal France24 għadu kif xandar dokumentarju dettaljat dwar is-sitwazzjoni politika u soċjologika tal-gżejjer Maltin. Parti sostanzjali ta’ dan ir-rappurtaġġ kien jikkonsisti f’Intervista diretta ma’ Dr. Roberta Metsola fil-kariga tagħha ta’ President tal-Parlament Ewropew liema rwol prestiġġjuż ġiet eletta għalih permezz ta’ vot qawwi mid-deputati Ewropej. Fi kliem ieħor, anki jekk hija kienet ġejja minn wieħed mill-iżgħar stati tal-Ewropa – li finalment dan huwa s-suġġett ta’ dan id-dokumentarju – xorta kienet kapaċi tokkupa kariga daqshekk għolja.

Il-ġurnalista politika u tal-kronaka Caroline de Camaret għoġobha tintroduċi lil Roberta Metsola bħala politiku mara ta’ stoffa, kuraġġjuża u determinata. Hija ġiet xprunata mill-grupp tal-Partiti Popolari Ewropej (E.P.P.) għal din l-ogħla kariga. Iżda bħala preambolu ġenerali għad-dokumentarju, ġie aċċennat mal-ewwel li hija ta’ prinċipju u li tħaddan il-valur tal-ħajja umana u distintivament għandha l-konvinzjoni personali tagħha kontra l-abort.

Saħansitra ġie emfasizzat li l-pożizzjoni tagħha hija konsonanti mal-fehma attwali tal-maġġoranza tal-poplu Malti u li sewwasew jaqblu magħha kemm il-Partit Laburista fil-Gvern kif ukoll l-Oppożizzjoni Nazzjonalista li Metsola hija membru tiegħu. Iżda paradossalment, il-bużillis intlaħaq ftit minuti wara fil-punt ta’ dak li jista’ jitqies li jikkostitwixxi l-qofol ta’ dan id-dokumentarju.

Meta ġiet mistoqsija dwar il-pożizzjoni personali tagħha kontra t-terminazzjoni volontarja tal-gravidanza (tqala), Dr Metsola dlonk irreagixxiet immedjatament b’mod li kien jidher li dil-kwestjoni kienet ippreparata sew għaliha u għalhekk it-tweġiba kienet ćara u ta’ bla ekwivoku. Roberta Metsola nsistiet li bħala President tal-Parlament Ewropew hija tat garanzija li sejra tappoġġja kull riżultat ta’ vot li jiggwida deċiżjoni jew rakkomandazzjoni magħmula mill-Parlament Ewropew rigward dil-materja.

Bħalma diġa’ kien ġie nnutat minn analisti politici lokali ftit wara l-ħatra ta’ Metsola, wara li kienet iltaqgħet formalment mal-President Emmanuel Macron (li bħalissa qed jokkupa ukoll il-Presidenza tal-Kunsill Ewropew), hija wriet ċar li kienet ser tappoġġa l-pożizzjoni ta’ Macron fuq l-abort. Il-pożizzjoni uffiċċjali ta’ Roberta Metsola tagħti lok għal sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ konsistenza mal-viżjoni politika kif espressa minnha stess fit-tħaddin ta’ kif iddikkjarat li tħares lejn il-valuri tal-ħajja fil-bidu ta’ din l-intervista, kemm dawk personali, ma’ dawk imħaddan mill-istess Partit li tiegħu hija membru. Wieħed kien jistenna li Roberta Metsola tuża din l-intervista biex tibgħat sinjal ta’ sostenn għall-‘Missjoni u Viżjoni’ tal-Partit Politiku tagħha. Infakkar li finalment hija ġiet eletta minn ħdanu. Marbuta mal-konsistenza personali, hemm marbuta wkoll il-kredibilita’ politika,

Jiena nemmen li tkun x’tkun ir-rwol jew kariga ta’ responsabilita’ li wieħed / waħda, ikun / tkun, ġie / ġiet fdata fih, partikolarment jekk bħal f’dan il-każ, din il-kariga tkun dejjem għal terminu qsajjar u definit, jgħodd il-maxim eżistenzjali li insibuh fi kliem Kristu stess. Kristu jeżiġi li ‘Wieħed ma jistax jaqdi kemm ‘l Alla u fl-istess ħin lix-xitan’. Għalhekk jien nemmen li l-pożizzjoni personali għandha tkun marbuta mal-viżżjoni politika. Jiena nemmen li Metsola għandha tkun is-sinjal ta’ sostenn għall-‘Missjoni u Viżjoni’ tal-Partit Politiku tagħha stess. Infakkar li hija oriġinjament ġiet eletta minn ħdanu u finalment trid terġa tirritorna fi ħdanu biex tkompli bil-missjoni politika tagħha. Għalhekk nemmen fil-konsistenza personali, għaliex hija din il-konsistenza li twassal għall-kredibilita’ politika.

U tabilħaqq dan għandu japplika aktar f’ambitu ta’ dikjarazzjoni f’intervista bħal din. Il-messaġġ kien kontradittorju. B’hekk messaġġi opposti ġew mgħoddija fl-istess nifs u fl-istess dokumentarju. F’dan il-każ, il-konklużjoni li reġgħet spikkat f’dan id-dokumentarju hija perċiż bħall-intenzjoni li kienet u għadha tesprimi l-unika kandidata Nazzjonalista li ddikkjarat fil-pubbliku li hija radikalment pro-abort.

3 thoughts on “Roberta Metsola tibgħat messaġġi kontrastanti dwar il-pożizzjoni tagħha fuq l-abort f’dokumentarju li għadu kif sar dwar Malta

  1. Were you to search second clip on France 24 Documentary as appears hereunder and locate 7.10 to 7.55 minute you will realise why Dr Metsola’s comments were there in such total discordance (even contradiction) with her professed personal beliefs. Hence the reason for this commentary. Metsola could have completely done away with clearcut references that as EP President she ‘stands by, reposes or even takes comfort’ on the pioneering achievements of France’s UDF Pro’Abortion stalwart Simone Veil ,first Lady President of the European Parliament.

    https://twitter.com/carodec…/status/1519415855595065345…
    https://twitter.com/carodec…/status/1519413890647568389…

  2. Besides that abortion is a Murder, you have to be one of those who wish to have their own kids or Adopt what it means and what they have to pass through.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *