Persuna staqsiet jekk hux veru li Bernard Grech kellu gym u visa maħruġa mill-Partit Nazzjonalista u fuq kollox kemm qed jieħu paga

Persuna bl-isem ta’ tax evader għamlet sensiela ta’ mistoqsijiet fuq is-sit tiegħi wara lil Bernard Grech qal li jrid ibiegħ il-każini għaliex ma hemmx flus fil-Partit Nazzjonalista u fuq kollox għajjar lili u lil minn jikteb kontra tiegħu li qed nipperikola l-paga tal-ħaddiema tal-Partit Nazzjonalista.

L-ewwel ma staqsa lil Bernard Grech biex jgħid lit-tesserati Nazzjonalisti jekk hux minnu li hu kien u għadu jieħu paga mill-Partit Nazzjonalista. Din il-paga hija apparti mill-paga li għandu l-kap tal-Oppożizzjoni maħruġa mill-Gvern. Staqsih ukoll jekk għandux jew kellux VISA li ħariġilu l-Partit Nazzjonalista?

Staqsih wkoll jgħid kemm nefaq flus tal-Partit Nazzjonalista fuq il-Facebook tiegħu? Huwa staqsa wkoll jekk hux veru li kellu gym armat għalih fid-Dar Ċentrali?

Din il-persuna kompliet tgħid lil Bernard Grech li t-tesserrati għandhom dmir li jsaqsu. Bernard Grech għandu DMIR iwieġeb. Min m’għandux faħam miblul ma jibżax minn ebda blogger, ebda ġurnalist u ebda analista politiku.

One thought on “Persuna staqsiet jekk hux veru li Bernard Grech kellu gym u visa maħruġa mill-Partit Nazzjonalista u fuq kollox kemm qed jieħu paga

  1. OOOOOPPPSSSS!
    “Din il-paga hija apparti mill-paga li għandu l-kap tal-Oppożizzjoni maħruġa mill-Gvern. Staqsih ukoll jekk għandux jew kellux VISA li ħariġilu l-Partit Nazzjonalista?”

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *